29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 56/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2008

li tawtorizza metodi għall-klassifika ta’ karkassi ta’ ħnieżer fir-Rumanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 676)

(it-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

(2008/169/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali [ħnieżer] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, il-klassifka ta’ karkassi tal-ħnieżer għandha tiġi determinata billi jiġi stmat il-kontenut ta’ dgħif permezz ta’ metodi ta’ stima klassifikati bbażati fuq il-qies fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-ħanżir. L-awtorizzazzjoni ta’ metodi ta’ klassifika għandha tkun soġġetta għal konformità b’tolleranza massima għal żball statistiku fl-istima. Din it-tolleranza hija definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal [ħnieżer] (2).

(2)

Ir-Rumanija talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza żewġ metodi ta’ klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer u ppreżentat ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

(3)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi huma sodisfatti.

(4)

L-ebda modifika fl-apparat jew fil-metodi ta’ klassifika tista’ tiġi awtorizzata ħlief permezz ta’ Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. Għal din ir-raġuni, din l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi mħassra.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa b’dan awtorizzat għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer fir-Rumanija skond ir-Regolament (KEE) Nru 3220/84.

(a)

l-apparat Fat-O-Meat’er (FOM) u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 ta’ l-Anness;

(b)

l-apparat OptiGrade-Pro (OGP) u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 ta’ l-Anness.

Artikolu 2

Modifiki fl-apparat jew fil-metodi ta’ valutazzjoni m’għandhomx jiġu awtorizzati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

Metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fir-Rumanija

PARTI 1

FAT-O-MEAT’ER (FOM)

1.

Il-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala “Fat-O-Meat’er (FOM)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi probe b’dijametru ta’ 6 millimetri li jkun fiha photodiode tat-tip Siemens SFH 950/960 u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 3 u 103 millimetri. Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonverititi f’kontenut ta’ dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 60,26989 – 0,81506 * X1 + 0,20097 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluża l-ġilda ta’ barra f’millimetri, imkejla 7 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu imkejla f’millimetri, imkejla 7 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs, bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 50 u 120 kilogramma.

PARTI 2

OPTIGRADE-PRO (OGP)

1.

Il-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer għandha ssir bl-użu ta’ l-apparat bl-isem ta’ “OptiGrade-Pro (OGP)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’optical probe tad-dijametru ta’ 6 mm, photodiode infrared wieħed (Siemens) u photo transistor (Siemens). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 110 millimetri. Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonverititi f’kontenut ta’ dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 61,21920 – 0,77665 * X1 + 0,15239 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluża l-ġilda ta’ barra f’millimetri, imkejla 7 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs, bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu imkejla f’millimetri, imkejla 7 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs, bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 50 u 120 kilogramma.


  翻译: