21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 131/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Mejju 2008

dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2008/380/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 128 tiegħu,

Billi:

Permezz ta’ l-ittra tas-7 ta’ Mejju 2008, ippreċiżata mill-ittra tat-8 ta’ Mejju 2008, is-Sur Franco FRATTINI rriżenja mill-kariga tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni. Għandu jinstab sostitut għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Antonio TAJANI huwa maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mid-9 ta’ Mejju 2008 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Mejju 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


  翻译: