23.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 225/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4017)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/689/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE jipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti f'materjali u komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003, għajr fil-każi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva u skond il-kundizzjonijiet speċifikati fiha. Skond l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Anness II ta' dik id-Direttiva għandu jiġi adattat mill-Kummissjoni fuq bażi regolari għall-progress xjentifiku u tekniku. |
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u komponenti tal-vetturi eżenti mill-projbizzjoni tal-metalli tqal li hemm fl-Artikolu 4(2)(a) tagħha. Bosta minn dawn l-eżenzjonijiet jiskadu f’dati speċifikati f’dak l-Anness. Il-vetturi mqiegħda fis-suq qabel id-data ta’ l-iskadenza ta’ eżenzjoni partikolari jistgħu jkollhom il-metalli tqal fil-materjali u l-komponenti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE. |
(3) |
Ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE m’għandhomx jiġu mtawla minħabba li l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromju eżavalenti f'dawk l-applikazzjonijiet daż-żmien jista' jiġi evitat bis-saħħa tal-progress tekniku. |
(4) |
Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti għandhom ikomplu jkunu eżenti mill-projbizzjoni ta’ l-Artikolu 4(2)(a), billi l-użu ta’ dawn is-sustanzi f’dawk il-materjali u komponenti speċifiċi għadu inevitabbli. F’xi każi, jixraq li tiġi riveduta d-data ta’l-iskadenza ta’ dawn l-eżenzjonijiet sabiex jingħata ħin biżżejjed biex jiġu eliminati s-sustanzi pprojbiti fil-ġejjieni. |
(5) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/438/KE ta’ l-10 ta’ Ġunju 2005 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (2) jipprovdi, fit-tielet inċiż tan-Noti, li l-partijiet tal-bdil (spare parts) imqiegħda fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003 li jintużaw għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2003 huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE. Din l-eżenzjoni tippermetti t-tiswija ta’ vetturi mqiegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni tal-metalli tqal li hemm fl-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE bil-partijiet tal-bdil jilħqu l-istess kwalità u rekwiżiti ta' sigurtà bħall-partijiet li bihom kienu oriġinarjament mgħammra. |
(6) |
Il-partijiet tal-bdil għal vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 iżda qabel id-data ta’ l-iskadenza ta’ eżenzjoni partikolari ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE mhumiex koperti mit-tielet inċiż tan-Noti tiegħu. B’hekk, il-partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi jridu jkunu ħielsa mill-metalli tqal, anki jekk jintużaw biex jissostitwixxu partijiet li oriġinarjament kien fihom il-metalli tqal. |
(7) |
F’ċerti każi, hu teknikament impossibbli li jissewwew vetturi b’partijiet li mhumiex oriġinali minħabba li dawn kieku jkunu jeħtieġu bidliet fil-proprjetatjiet dimensjonali u funzjonali tas-sistemi sħaħ tal-vetturi. Partijiet tal-bdil ta' dan it-tip ma jistgħux jitwaħħlu f’sistemi ta’ vetturi oriġinarjament immanifatturati b’partijiet li fihom il-metalli tqal u dawn il-vetturi ma jkunux jistgħu jissewwew u għandu mnejn ikun hemm bżonn li wieħed jeħles minnhom qabel iż-żmien. Bħala riżultat, l-Anness II għandu jiġi emendat skond dan. Din id-deċiżjoni għandha teffettwa biss għadd limitat ta’ vetturi u materjali u komponenti tal-vetturi u għal perjodu ta’ żmien limitat. |
(8) |
Billi s-sigurtà tal-konsumatur hija essenzjali, u billi l-użu mill-ġdid, it-tiġdid u l-estensjoni ta’ ħajjet il-prodott igawdi minnhom l-ambjent, il-partijiet tal-bdil għandhom ikunu disponibbli għat-tiswija tal-vetturi li tqiegħdu fis-suq bejn l-1 ta’ Lulju 2003 u d-data ta’ l-iskadenza ta’ eżenzjoni partikolari. L-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromju eżavalenti fil-materjali u l-komponenti użati fil-partijiet tal-bdil għat-tiswija ta’ dawn it-tip ta' vetturi għalhekk għandu jiġi ttollerat. |
(9) |
Jixraq li l-mod kif inhuma miktuba dawn l-eżenzjonijiet jiġi armonizzat mad-direttivi ambjentali l-oħrajn marbutin ma' l-iskart li fihom jissemmew eżenzjonijiet simili. |
(10) |
Id-Direttiva 2000/53/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(11) |
Il-mizuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa mibdul mit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/33/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 62).
(2) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 19.
(3) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
“ANNESS II
Il-materjali u l-komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)
Il-materjali u l-komponenti |
L-ambitu u d-data ta’ l-iskadenza ta’ l-eżenzjoni |
Li għandu jkollu tikketta jew ikun magħmul identifikabbli skond l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |
||
Iċ-ċomb bħala element ta’ liga |
||||
|
|
|
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||
|
L-1 ta’ Lulju 2011 u wara dik id-data bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011 |
|
||
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006 |
|
||
|
1 ta’ Lulju 2009 |
|
||
|
Tipi ta’ vetturi approvati qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi (reviżjoni fl-2009) |
X (1) |
||
|
Tipi ta’ vetturi approvati qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi (reviżjoni fl-2009) |
X (1) |
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003 |
|
||
|
|
X (2) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||
|
Tipi ta’ vetturi approvati qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi |
|
||
Il-kromju eżavalenti |
||||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007 |
|
||
|
Bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||
|
|
X |
||
Il-merkurju |
||||
|
Tipi ta’ vetturi approvati qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi |
X |
||
|
Tipi ta’ vetturi approvati qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u partijiet tal-bdil għal dawn il-vetturi |
X |
||
Il-kadmju |
||||
|
Il-31 ta’ Diċembru 2008 u wara dik id-data bħala partijiet tal-bdil għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 |
|
Noti:
Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta' mhux aktar minn 0,1 % bil-piż u f’materjal omoġeneu, għaċ-ċomb, għall-kromju eżavalenti u għall-merkurju u ta' mhux aktar minn 0,01 % bil-piż f’materjal omoġeneu għall-kadmju.
L-użu mill-ġdid ta’ partijiet ta’ vetturi li kienu diġà fis-suq fid-data ta’ l-iskadenza ta' l-eżenzjoni għandu jitħalla mingħajr limitazzjoni billi mhuwiex kopert mill-Artikolu 4(2)(a).
Il-partijiet tal-bdil imqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 li jintużaw għal vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003 għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2)(a) (*).
(1) Iż-żarmar jekk, f’korrelazzjoni ma’ l-entrata 10, jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, m’għandhomx jitqiesu mezzi elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(2) Iż-żarmar jekk, f’korrelazzjoni ma’ l-entrata 8, jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, m’għandhomx jitqiesu mezzi elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.