13.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 335/94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Diċembru 2008
dwar l-addattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi
(2008/942/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolamenti tal-Personal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u b’mod partikolari 13(2), tal-Anness X tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 624/2008 (2), bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1), tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Personal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw ir-remunerazzjonijiet imħallsa, mill-1 ta’ Lulju 2007, fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi. |
(2) |
Jeħtieġ li wħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi jiġu addattati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-Regolament tal-Personal, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni joħroġ fid-dieher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il 5 % minn meta ġiet stabbilita jew aġġustata l-aħħar, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-personal b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, imħallsin fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, huma addattati għal ċerti pajjiżi, indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi sitt tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008)
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.
Magħmula fi Brussell, tad-9 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Benita FERRERO-WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
AWWISSU 2007
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Awwissu 2007 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2007 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Awwissu 2007 |
Il-Bangladexx |
94,2022 |
49,9 |
47,03 |
Il-Gana |
1,279 |
67,5 |
0,863 |
Is-Sudan |
2,77849 |
53,6 |
1,489 |
SETTEMBRU 2007
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Sett. 2007 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Sett. 2007 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Sett. 2007 |
Il-Każakistan (Astana) (1) |
170,67 |
71,8 |
122,6 |
Il-Paragwaj |
6 968 |
76,0 |
5 298 |
Il-Jemen (2) |
271,551 |
72,1 |
195,7 |
OTTUBRU 2007
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Ott. 2007 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Ott. 2007 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Ott. 2007 |
L-Eritrea |
21,4263 |
45,5 |
9,744 |
Il-Ginea (Conakry) (3) |
5 398,58 |
63,8 |
3 445 |
L-Indja |
56,215 |
54,3 |
30,52 |
NOVEMBRU 2007
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Nov. 2007 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Nov. 2007 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Nov. 2007 |
L-Armenja |
465,26 |
116,1 |
540,1 |
Il-Kamboġja |
5 832 |
69,1 |
4 029 |
Il-Gabon |
655,957 |
116,6 |
765 |
Il-Lesoto |
9,4923 |
59,1 |
5,612 |
Il-Madagaskar |
2 586,65 |
77,6 |
2 008 |
Il-Venezwela (4) |
3 097,51 |
64,1 |
1 987 |
Il-Jemen (2) |
286,558 |
64,5 |
184,7 |
DIĊEMBRU 2007
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Diċ. 2007 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Diċ. 2007 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Diċ. 2007 |
Il-Ġibuti |
261,925 |
90,9 |
238 |
Il-Ġamajka |
104,777 |
83,6 |
87,59 |
It-Tonga |
2,8039 |
87,0 |
2,438 |
It-Trinidad u Tobago |
9,2323 |
67,0 |
6,19 |
JANNAR 2008
Pajjiż tax-xogħol |
Rati tal-kambju Jann 2008 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Jann 2008 (**) |
Paritajiet ekonomiċi Jann 2008 |
L-Alġerija |
97,9677 |
90,0 |
88,13 |
Iċ-Ċili |
718,74 |
66,2 |
476 |
Il-Gambja |
32,75 |
69,7 |
22,82 |
Il-Gana |
1,3895 |
65,3 |
0,907 |
Il-Ginea (Conakry) (3) |
6 072,9 |
59,6 |
3 618 |
Il-Każakistan (Astana) (1) |
173,75 |
75,3 |
130,9 |
Is-Sważiland |
10,0012 |
58,0 |
5,805 |
It-Taġikistan |
5,08916 |
65,2 |
3,319 |
Il-Venezuela (4) |
3 158,78 |
67,4 |
2 130 |
Il-Jemen (2) |
289,84 |
59,9 |
173,6 |
(*) EURO 1 = munita nazzjonali.
(**) Brussell = 100 %.
(1) Il-koeffiċjent ta’ Astana addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: Għall-1 ta’ Settembru 2007 u għall-Jannar 2008
(2) Il-koeffiċjent tal-Jemen addattat tliet darbiet fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: għall-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008
(3) Il-koeffiċjent ta’ Conakri addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat min din id-deċiżjoni: għall-Ottubru 2007 u għall-Jannar 2008.
(4) Il-koeffiċjent tal-Venezwela addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: għall-Novembru 2007 u għall-Jannar 2008.