31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/988/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jitlob id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ Stat Membru jew reġjun bħala ħieles minn ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skond l-istat tal-marda.

(3)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky.

(4)

L-Olanda u l-Ungerija bagħtu dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istat tal-marda Aujeszky. Fiż-żewġ Stati Membri, kienu ġew implimentati programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky għal bosta snin.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn dawk iż-żewġ Stati Membri u sabet li l-Olanda tikkonforma mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, dak l-Istat Membru għandu jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(6)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-programm ta’ kontroll nazzjonali ppreżentat mill-Ungerija jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Ungerija għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

NL

L-Olanda

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales

ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja

It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano


  翻译: