8.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 95/66


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/288/PESK

tas-7 ta' April 2008

li ġġedded miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus (1). Dawn il-miżuri jiskadu fl-10 ta’ April 2008.

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni fil-Belarus, il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(3)

Il-Kunsill ser iżomm il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK taħt reviżjoni kostanti. Il-Kunsill ser jadotta l-modifiki għall-Annessi rilevanti mal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK kif meħtieġ minn żviluppi politiċi fil-Belarus, b’mod partikolari r-rilaxx tal-priġunieri politiċi kollha,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK qed tiġi b’dan estiża sa l-10 ta’ April 2009.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Luxembourg, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5. Il-Pozizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2007/173/PESK (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 40).


  翻译: