3.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 323/65 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/900/PESK
tat-2 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK (1). |
(2) |
Il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat biex jittieħed kont tar-rwol tiegħu fis-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2007, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Artikolu 3(1)(i) tal-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
“(i) |
jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-PESK li jikkonċernaw is-sigurtà tal-enerġija, il-ġlieda kontra d-droga u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma fir-rigward tal-Asja Ċentrali.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 38, 13.2.2008, p. 19.