17.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/94 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 548/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità allokata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 812/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4170, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008, huma ta' 600 500 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.