18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitajra għal 2009 għan-nefqa mill-Istati Membri għal ċerti proġetti fil-qasam tal-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9935)

(It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bl-Iżvediż, bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(2009/977/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tat-talbiet għal kofinanzjament Komunitarju li ġew ippreżentati mill-Istati Membri fil-programmi tal-kontroll tas-sajd tagħhom għall-2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/746/KE (2), li ħalliet ftit mill-baġit tal-2009 disponibbli għall-kontroll tas-sajd mhux użat.

(2)

Il-parti mhux użata tal-baġit tal-2009 issa għandha tiġi allokkata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw rikjesti għal finanzjament addizzjonali relatati mal-oqsma ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni, jiġifieri l-awtomazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, teknoloġiji ġodda, u seminars fil-qasam tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU).

(4)

Fuq dik il-bażi u b’kont tar-restrizzjonijiet baġitarji, rikjesti għal finanzjament Komunitarju relatat ma’ azzjonijiet bħal proġetti pilota, kif ukoll il-bini ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għas-sorveljanza, ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq.

(5)

L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju.

(6)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament Komunitarju għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (3).

(7)

Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni bħal din.

(8)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(9)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri [bastimenti] bażata fuq satellita [bbażati fuq is-satelliti] (4).

(10)

Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (5).

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2009 għan-nefqa li daħlu għaliha l-Istati Membri fl-2009 huma u jimplimentaw ċerti proġetti dwar monitoraġġ u sistemi ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata tali kontribuzzjoni.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-ħlasijiet kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-ħlasijiet mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza ma għandhomx ikunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għax-xiri u l-istallazzjoni tat-teknoloġija informatika u l-assistenza teknika għaliha, u l-istabbiliment ta’ netwerks tal-IT sabiex tippermetti skambju ta’ dejta effiċjenti u sigur relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Fil-każ ta’ nefqa fl-ambitu tal-Anness I, marbuta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) inkella sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), ir-rata ta’ kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ 95 %.

Artikolu 4

Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatiku li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tal-VMS għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-pargrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 1 500 kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għall-ERS, sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 3 000 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 4 500.

Artikolu 7

Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness V, fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħlijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Fil-każ ta’ nefqa skont l-Anness V taħt il-forma ta’ seminars relatati ma’ sajd IUU, ir-rata ta’ kofinanzjamenti msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita għal 95 %.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni totali massima Komunitarja għal kull Stat Membru

In-nefqa totali ppjanata, in-nefqa totali għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni u l-kontribuzzjoni totali massima Komunitarja kull Stat Membru allokata skont din id-Deċiżjoni huma kif ġej:

(f’Eur)

L-Istat Membru

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

3 638 843

1 143 733

1 057 867

Il-Ġermanja

2 426 282

1 017 000

828 400

L-Irlanda

1 143 000

800 000

300 000

Il-Greċja

2 500 000

907 895

525 000

Spanja

10 695 000

3 783 000

2 526 000

L-Italja

4 990 000

3 140 000

2 897 500

Il-Latvja

15 652

15 652

14 869

L-Olanda

1 910 000

450 000

427 500

Il-Portugall

7 439 055

4 171 655

2 635 194

Ir-Rumanija

15 600

15 600

7 800

L-Iżvezja

1 550 000

700 000

600 000

Ir-Renju Unit

1 153 763

911 161

779 870

Total

37 477 195

17 055 696

12 600 000

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 20.

(3)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(5)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT

(f’Eur)

L-Istat Membru l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/08

44 000

0

0

DK/09/09

1 333 333

0

0

Subtotal

1 377 333

0

0

Il-Ġermanja

DE/09/12

3 782

0

0

DE/09/15

20 000

0

0

DE/09/16

9 000

0

0

DE/09/25

12 000

0

0

DE/09/26

112 500

0

0

DE/09/27

465 000

0

0

Subtotal

622 282

0

0

L-Irlanda

IE/09/03

63 000

0

0

Subtotal

63 000

0

0

Il-Greċja

EL/09/06

1 500 000

750 000

375 000

EL/09/07

1 000 000

157 895

150 000

Subtotal

2 500 000

907 895

525 000

L-Olanda

NL/09/18

585 000

0

0

NL/09/19

875 000

0

0

Subtotal

1 460 000

0

0

Il-Portugall

PT/09/07

1 500 000

0

0

PT/09/08

1 500 800

0

0

PT/09/09

46 600

0

0

PT/09/10

220 000

0

0

Subtotal

3 267 400

0

0

Ir-Rumanija

RO/09/04

15 600

15 600

7 800

Subtotal

15 600

15 600

7 800

L-Iżvezja

SE/09/15

100 000

0

0

SE/09/16

500 000

0

0

SE/09/18

250 000

0

0

Subtotal

850 000

0

0

Ir-Renju Unit

UK/09/69

9 879

0

0

UK/09/71

1 395

0

0

UK/09/73

5 811

0

0

UK/09/74

6 973

0

0

UK/09/75

51 578

0

0

UK/09/76

5 811

0

0

UK/09/77

814

0

0

UK/09/78

2 529

0

0

UK/09/79

465

0

0

UK/09/80

5 113

0

0

UK/09/81

5 100

0

0

UK/09/83

7 670

0

0

UK/09/86

11 622

0

0

Subtotal

114 760

0

0

Total

10 270 375

923 495

532 800


ANNESS II

TTAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKU

(f’Eur)

L-Istat Membru l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Ġermanja

DE/09/17

48 000

48 000

24 000

DE/09/18

12 000

0

0

DE/09/19

45 000

0

0

DE/09/20

20 000

0

0

DE/09/28

258 000

258 000

129 000

Subtotal

383 000

306 000

153 000

Ir-Renju Unit

UK/09/72

197 573

197 573

102 000

Sub-Total

197 573

197 573

102 000

Total

580 573

503 573

255 000


ANNESS III

SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIĊI

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/11

100 000

0

0

DK/09/12

100 000

0

0

DK/09/13

133 333

0

0

DK/09/14

200 000

0

0

DK/09/15

166 667

0

0

DK/09/16

133 333

0

0

DK/09/17

284 444

0

0

Subtotal

1 117 777

0

0

Il-Ġermanja

DE/09/06

350 000

0

0

DE/09/07

50 000

0

0

DE/09/08

60 000

0

0

DE/09/09

30 000

0

0

DE/09/10

100 000

0

0

DE/09/11

120 000

0

0

Subtotal

710 000

0

0

L-Irlanda

IE/09/04

80 000

0

0

IE/09/05

200 000

0

0

Subtotal

280 000

0

0

Il-Latvja

LV/09/01

15 652

15 652

14 869

Subtotal

15 652

15 652

14 869

L-Olanda

NL/09/20

450 000

450 000

427 500

Subtotal

450 000

450 000

427 500

Ir-Renju Unit

UK/09/68

116 220

0

0

UK/09/84

11 622

0

0

Subtotal

127 842

0

0

Total

2 701 271

465 652

442 369


ANNESS IV

TAGĦMIR TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIKU

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/10

1 080 000

1 080 000

1 026 000

Subtotal

1 080 000

1 080 000

1 026 000

Il-Ġermanja

DE/09/13

84 000

84 000

79 800

DE/09/21

105 000

105 000

99 700

DE/09/29

522 000

522 000

495 900

Subtotal

711 000

711 000

675 400

L-Irlanda

IE/09/06

800 000

800 000

300 000

Subtotal

800 000

800 000

300 000

Spanja

ES/09/36

3 753 000

3 753 000

2 502 000

ES/09/37

6 912 000

0

0

Subtotal

10 665 000

3 753 000

2 502 000

L-Italja

ITA/09/14

4 800 000

2 950 000

2 802 500

Subtotal

4 800 000

2 950 000

2 802 500

Il-Portugall

PT/09/11

2 091 635

2 091 635

1 224 000

PT/09/12

1 993 500

1 993 500

1 329 000

Subtotal

4 085 135

4 085 135

2 553 000

L-Iżvezja

SW/09/17

700 000

700 000

600 000

Subtotal

700 000

700 000

600 000

Ir-Renju Unit

UK/09/70

232 439

232 439

220 800

UK/09/82

453 256

453 256

430 572

UK/09/85

27 893

27 893

26 498

Subtotal

713 588

713 588

677 870

Total

23 554 723

14 792 723

11 136 770


ANNESS V

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/19

63 733

63 733

31 867

Subtotal

63 733

63 733

31 867

Spanja

ES/09/38

10 000

10 000

5 000

ES/09/39

20 000

20 000

19 000

Subtotal

30 000

30 000

24 000

L-Italja

IT/09/16

100 000

100 000

50 000

IT/09/17

90 000

90 000

45 000

Subtotal

190 000

190 000

95 000

Il-Portugall

PT/09/13

86 520

86 520

82 194

Subtotal

86 520

86 520

82 194

Total

370 253

370 253

233 061


  翻译: