11.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/36 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Frar 2009
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2007
(2009/113/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3), minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta' dak il-Ftehim,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 98/430/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi
(1) |
Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-Tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2007.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.
(2) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.
(3) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(4) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(5) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.