3.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 270/2009

tat-2 ta' April 2009

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-enżima 6-phytase prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 17594), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat-18 ta’ Novembru 2008 u tad-29 ta’ Ottubru 2008 (2) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta li ngħatat mill-applikant, il-preparazzjoni tal-enżima 6-phytase, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 17594), kif prodotta mill-applikant DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o., ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li hi effikaċi fit-titjib tal-utilizzazzjoni ta’ fosfru marbut mal-phytate. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 3, il-Volum 40, p. 238.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 871, 1-18.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a6

DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.

6-phytase

EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ 6-phytase prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 17594) li fiha attività minima ta’:

 

Forma solida: 10 000  FYT (1)/g

 

Forma likwida: 20 000  FYT/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-phytase prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 17594)

 

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-vanadomolybdate fuq fosfat inorganiku prodott bl-azzjoni ta’ 6-phytase fuq phytate li fiha sottostrat (phytate tas-sodju) b’pH 5.5 u 37 °C, kwantifikat skont kurva standard minn fosfat inorganiku.

Tiġieġ għat-tismin

-

1 500 FYT

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

tiġieġ għat-tismin: 1 500 -3 000  FYT;

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,23 % fosfru marbut mal-phytin

4.

Għas-sigurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

It-22 ta' April 2019


(1)  FYT wieħed huwa l-ammont ta’ enżima li jipproduċi 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mill-phytate kull minuta f’kundizzjonijiet ta’ reazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ phytate ta’ 5,0 mM f’pH 5,5 u temperatura ta’ 37 °C matul 30 minuta ta’ inkubazzjoni.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


  翻译: