24.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2009

tat-23 ta’ April 2009

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), l-aħħar subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 162 sa 164 u 167 sa 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu minn ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/1359 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2009 jitħassar (6) u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b'mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b'7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 60/2009 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 12.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mill-24 ta’ April 2009

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 u 45, u, fejn japplika, fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


  翻译: