8.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 816/2009
tas-7 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Id-dejta li fuqha jiġu speċifikati l-prezzijiet rappreżentattivi msemmijin fl-Artikolu 141(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun aċċessibbli, disponibbli b’mod permanenti, affidabbli u indipendenti mill-operaturi kkonċernati. Waqt illi d-dejta msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 ma tissodisfax dejjem dawn il-kundizzjonijiet, jeħtieġ li tinbidel bit-tagħrif miġbur fil-qafas tas-sorveljanza Komunitarja stabbilita mill-Artikolu 308 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). Fl-istess ħin jeħtieġ li jitħassar l-obbligu tal-komunikazzjoni fil-ġimgħa stipulata fl-Artikolu 2(2) tal-istess Regolament (KE) Nru 1484/95. |
(3) |
Id-dazju addizzjonali ma jistax jiġi impost fuq l-importazzjonijiet imwettqa fil-kontinġenti tariffarji stabbiliti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tar-Regolamenti li jirrigwardaw dawn il-kontinġenti. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li minn hawn ‘il quddiem jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1484/95. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) 1484/95 hu mmodifikat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Il-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 141(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (*) u fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huma determinati regolarment abbażi tad-dejta miġbura fil-qafas tas-sorveljanza Komunitarja stabbilita bl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (**). 2. Dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 6 Id-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1 mhumiex applikabbli fil-każ tal-importazzjonijiet imwettqa fil-qafas tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (***), (KE) Nru 539/2007 (****), (KE) Nru 616/2007 (*****), (KE) Nru 1385/2007 (******) u (KE) Nru 536/2007 (*******). (***) ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9." (****) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19." (*****) ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.