9.4.2010
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
L 89/13
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Marzu 2010
dwar l-allokazzjoni ta' kwoti għall-importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2009
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1907)
(It-testi biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2010/209/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1)
|
Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa suġġett għal limiti kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.
|
(2)
|
Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika lill-impriżi li biħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2010 u impriżi li biħsiebhom jitolbu kwota għall-2010 għal dawn is-sustanzi intenzjonati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi (2) u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet maħsuba fl-2010.
|
(3)
|
Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-kumpaniji jibbenefikaw fi żmien xieraq mill-kwoti allokati tal-importazzjoni, u b’hekk jiżguraw il-kontinwità meħtieġa tal-operazzjonijiet tagħhom, jixraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
|
(4)
|
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (kloroflorokarbonji 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (kloroflorokarbonji oħra kompletament aloġenati), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 6 780 200,00 kilogramma b’potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP).
2. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 15 420 860,00 kilogramma ODP.
3. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetraklorur tal-karbonju), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 16 502 530,00 kilogramma ODP.
4. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp V (1 1 1-trikloroetan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 400 060,00 kilogramma ODP.
5. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromur tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 829 320,00 kilogramma ODP.
6. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarbonji), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 304,40 kilogramma ODP.
7. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VIII (idrofluorokarbur), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 4 337 321,07 kilogramma ODP.
8. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2010 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 174 012,00 kilogramma ODP.
Artikolu 2
1. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarbonji 11, 12, 113, 114 u 115 u għal kloroflorokarbonji oħra kompletament aloġenati matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.
2. L-allokazzjoni ta’ kwoti ta' importazzjoni għall-aloni matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.
3. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.
4. L-allokazzjoni ta’ kwoti ta' importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.
5. L-allokazzjoni ta’ kwoti ta' importazzjoni għall-bromid tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.
6. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.
7. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.
8. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti tal-importazzjonijiet individwali għall-impriżi se tkun stipulata fl-Anness IX.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
Albemarle Europe SPRL
|
Parc Scientifique Einstein
|
Rue du Bosquet 9
|
1348 Louvain-la-Neuve
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
AGC Chemicals Europe Ltd
|
York House,
|
Hillhouse International,
|
Thornton Cleveleys,
|
Lancashire FY5 4QD
|
UNITED KINGDOM
|
|
Alfa Agricultural Supplies SA
|
73, Ethnikis Antistasseos str, Chalandri
|
152 31 Athens
|
GREECE
|
|
Arkema France S.A.
|
420, rue d'Estienne D'Orves
|
92705 Colombes Cedex
|
FRANCE
|
|
Arkema Qumica S.A.
|
Avenida de Burgos 12
|
28036 Madrid
|
ESPAÑA
|
|
Ateliers Bigata
|
96, rue du Montalieu,
|
33326 Eysines Cedex
|
FRANCE
|
|
BASF Agri Production SAS
|
32 rue de Verdun,
|
76410 Saint-Aubin lès Elbeuf
|
FRANCE
|
|
Bayer Crop Science AG
|
Gebäude A729
|
41538 Dormagen
|
DEUTSCHLAND
|
|
Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH
|
Bützflether Sand
|
21683 Stade
|
DEUTSCHLAND
|
|
DuPont de Nemours (Nederland) BV
|
Baanhoekweg 22
|
3313 LA Dordrecht
|
NEDERLAND
|
|
Dyneon GmbH
|
Werk Gendorf
|
Industrieperkstrasse 1
|
84508 Burgkirchen
|
DEUTSCHLAND
|
|
Eras Labo
|
222 RN 90
|
38330 Saint Nazaire les Eymes
|
FRANCE
|
|
Esto Cheb s.r.o.
|
Paleckého 2087/8a
|
35002 Cheb
|
ČESKÁ REPUBLIKA
|
|
Fenner Dunlop BV
|
Oliemolenstraat 2
|
9203 ZN Drachten
|
NEDERLAND
|
|
Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV
|
Keetberglaan 1A Haven 1061
|
2070 Zwijndrecht
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
Halon & Refrigerants Services Ltd
|
J.Reid Trading Estate
|
Factory Road, Sandycroft
|
Deeside, Flintshire CH5 2QJ
|
UNITED KINGDOM
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe B.V.
|
Laarderhoogtweg 18,
|
1101 EA Amsterdam
|
NEDERLAND
|
|
Hovione Farmaciencia SA
|
Sete Casas
|
2674-506 Loures
|
PORTUGAL
|
|
ICL-IP Europe B.V.
|
Fosfaatweeg 48
|
1013 BM Amsterdam
|
NEDERLAND
|
|
Ineos Fluor Ltd
|
The Heath
|
Runcorn, Cheshire WA7 4QX
|
UNITED KINGDOM
|
|
Laboratorios Miret SA
|
Geminis 4,
|
08228 Terrassa, Barcelona
|
ESPAÑA
|
|
LPG Tecnicas en Extincion
|
de Incendios SL
|
C/Mestre Joan Corrales 107-109
|
08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona
|
ESPAÑA
|
|
Mebrom NV
|
Assenedestraat 4
|
9940 Rieme Ertvelde
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
Meridian Technical Services Ltd
|
14 Hailey Road
|
DA18 4AP Erith, Kent
|
UNITED KINGDOM
|
|
Poż-Pliszka Sp. z o.o.
|
ul.Szczecińska 45
|
80-392 Gdańsk
|
POLSKA/POLAND
|
|
R.P. Chem s.r.l.
|
Via San Michele 47
|
31062 Casale sul Sile (TV)
|
ITALIA
|
|
Safety Hi-Tech S.r.l.
|
Via Cavour 96
|
67051 Avezzano (AQ)
|
ITALIA
|
|
Savi Technologie Sp. z o.o.
|
ul. Wolnosci 20, Psary
|
51-180 Wrocław
|
POLSKA/POLAND
|
|
Sigma Aldrich Company Ltd
|
The Old Brickyard, New Road
|
Gillingham SP8 4XT
|
UNITED KINGDOM
|
|
Sigma Aldrich Logistik GmbH
|
Riedstrasse 2
|
89555 Steinheim
|
DEUTSCHLAND
|
|
Solvay Fluor GmbH
|
Hans-Böckler-Allee 20
|
30173 Hannover
|
DEUTSCHLAND
|
|
Solvay Solexis S.p.A.
|
Viale Lombardia 20
|
20021 Bollate (MI)
|
ITALIA
|
|
Syngenta Crop Protection
|
Surrey Research Park
|
30 Priestly Road
|
Guildford Surrey GU2 7YH
|
UNITED KINGDOM
|
|
TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH
|
Werner-von-Siemens-Strasse 18
|
97076 Würzburg
|
DEUTSCHLAND
|
|
Tazzetti S.p.A.
|
Corso Europa n. 600/a
|
10070 Volpiano (TO)
|
ITALIA
|
|
Total Feuerschutz GmbH
|
Industriestr 13,
|
68526 Ladenburg
|
DEUTSCHLAND
|
|
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) ĠU C 132, 11.6.2009, p. 19.
ANNESS I
GRUPPI I U II
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarbonji 11, 12, 113, 114 u 115 u l-klorofluworokarbonji alloġenati sħaħ l-oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanzi użati għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Honeywell Fluorine Products Europe (NL)
|
|
Syngenta Crop Protection (UK)
|
|
TEGA Technische Gase und Gastechnik (DE)
|
|
ANNESS II
GRUPP III
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanzi użati għall-għalf u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Halon & Refrigerant Services (UK)
|
|
LPG Tecnicas en Extincion de Incendios (ES)
|
|
Meridian Technical Services (UK)
|
|
ANNESS III
GRUPP IV
Il-kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanza għall-għalf, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
ANNESS IV
GRUPP V
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanza għall-għalf, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)
|
|
ANNESS V
GRUPP VI
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromid tal-metil allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
ANNESS VI
GRUPP VII
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarburi allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Hovione Farmaciencia (PT)
|
|
ANNESS VII
GRUPP VIII
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarburi allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni kif ukoll għall-użu fil-laboratorji u użu analitiku matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
AGC Chemicals Europe (UK)
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe (NL)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
ANNESS VIII
GRUPP IX
Il-kwoti tal-importazzjoni tal-bromoklorometanu allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala sustanzi użati għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.
Il-kumpanija
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
ANNESS IX
(Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kunfidenzjali tal-kummerċ).