10.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ottubru 2010
li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
2010/C 304/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Awstrjak,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012. |
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Peter KREIML. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:
RAPPREŻENTANT TAL-GVERN:
AWSTRIJA: Is-Sur Reinhard NÖBAUER
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(2) ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.