12.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 207/2010

tal-10 ta' Marzu 2010

li jemenda għall-121 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 mit-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network tal-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni legali, gruppi jew entitajiet mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

(a)

“BA Taqwa for Commerce and Real Estate Company Limited (magħruf bħala Hochburg AG), Vaduz, Liechtenstein (qabel c/o Astat Trust reg.).”

(b)

“Nada International Anstalt. Indirizz: Vaduz, Liechtenstein (qabel kienet magħrufa bħala c/o Asat Trust reg.). Tagħrif ieħor: Likwidati u mħassra mir-Reġistru Kummerċjali. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”


  翻译: