10.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/72 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1167/2010
tad-9 ta' Diċembru 2010
li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Modena (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto di Modena”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi, tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU C 72, 20.3.2010, p. 20.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)
L-ITALJA
Prosciutto di Modena (DPO)