17.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) Nru 1190/2010
tat-13 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, u l-Artikolu 20(1), l-Artikoli 64, 92 u 132 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tas-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010 fil-Każ C-40/10, il-Qorti tal-Ġustizzja anullat l-Artikolu 2 u l-Artikoli 4 sa 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009 (2). Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat, il-Kunsill huwa marbut li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ din is-sentenza. |
(2) |
Sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni tiżviluppa b’mod parallel għal dak tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2009 kif proposta mill-Kummissjoni. |
(3) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikoli 4 sa 17 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 4 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont tal-benefiċċju għall-vakanzi parentali msemmi fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 910,82 u għandu jkun ta’ EUR 1 214,42 għal familji b’ġenitur wieħed. Artikolu 5 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont bażiku tal-benefiċċju tal-familja msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 170,35. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont tal-benefiċċju għal kull tifel dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 372,24. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont tal-benefiċċju għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 252,56. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont tal-benefiċċju għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 90,93. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont minimu tal-benefiċċju għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta’ EUR 504,89. B’effett mill-14 ta’ Lulju 2009, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandu jkun ta’ EUR 362,95. Artikolu 6 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, il-benefiċċju għal kull kilometru msemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi aġġustat kif ġej:
Ma’ dan il-benefiċċju għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b’rata fissa, li jammonta għal:
Artikolu 7 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammont tal-benefiċċju għall-għajxien ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:
Artikolu 8 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, il-limitu minimu tal-benefiċċju għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandhom ikunu ta’:
Artikolu 9 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għall-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 335,85, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 671,72 u l-benefiċċju standard għandu jkun ta’ EUR 1 214,42. Artikolu 10 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’din li ġejja:
Artikolu 11 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, il-limitu minimu għall-benefiċċju għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandu jkun ta’:
Artikolu 12 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, il-limitu minimu għall-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, għandu jkun ta’ EUR 1 001,90, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 003,78 u l-benefiċċju standard għandu jkun ta’ EUR 910,82. B’effett mill-14 ta’ Lulju 2009, għall-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 881,45 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 074,00 Artikolu 13 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, il-benefiċċji għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (*) għandhom ikunu ta’ EUR 381,79, EUR 576,26, EUR 630,06 u EUR 858,98 rispettivament. Artikolu 14 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (**) għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,511255. Artikolu 15 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’din li ġejja:
Artikolu 16 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-benefiċċju fiss li hemm referenza għalih f’dak li kien l-Artikolu 4a tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 għandu jkun ta’:
Artikolu 17 B’effett mill-14 ta’ Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandha tiġi sostitwita b’din li ġejja:
(*) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal benefiċċji għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1)." (**) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(2) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10.