22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1240/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet stabbilit mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propost mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta rapport u addendum għal dak ir-rapport dwar il-valutazzjoni attwarjali tal-2010 tal-iskema tal-pensjonijiet li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 11,6 % tas-salarju bażiku.

(2)

Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11,6 % tas-salarju bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ta’ 11,6 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


  翻译: