6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Settembru 2011

li taħtar żewġ membri Irlandiżi u membru supplenti Irlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/649/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Irlandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Michelle MULHERIN u s-Sur Denis LANDY saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Terry BRENNAN sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sur John SHEAHAN, Member of Limerick County Council

is-Sur Des HURLEY, Member of Carlow Local Authorities (County and Town)

u

(b)

bħala membru supplenti

is-Sinjura Catherine YORE, Member of Meath County Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


  翻译: