22.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/18


EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b’mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li rat l-Artikolu 63 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Wara li rat l-approvazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Billi kkunsidrat li hija meħtieġa emenda tar-Regoli tal-Proċedura sabiex il-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali jkunu jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi, mingħajr ma jkunu meħtieġa komunikazzjonijiet postali jew il-preżentata fiżika ta’ dawn l-atti,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-13 ta’ Mejju 2011,

TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 (ĠU L 136 tat-30 ta’ Mejju 1991, p. 1, rettifika fil-ĠU L 317 tad-19 ta’ Novembru 1991, p. 34) (1), huma emendati kif ġej:

Minnufih wara l-paragrafu (2) tal-Artikolu 100, għandu jidħol il-paragrafu (3) li ġej:

“Il-Qorti Ġenerali tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom att proċedurali jista’ jiġi nnotifikat b’mezzi elettroniċi. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Artikolu 2

Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

Adottat fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Mejju 2011.

E. COULON

Ir-Reġistratur

M. JAEGER

Il-President


(1)  Emendati fil-15 ta’ Settembru 1994 (ĠU L 249 tal-24 ta’ Settembru 1994, p. 17), fis-17 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44 tat-28 ta’ Frar 1995, p. 64), fis-6 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 172 tat-22 ta’ Lulju 1995, p. 3), fit-12 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103 tad-19 ta’ April 1997, p. 6, rettifika fil-ĠU L 351 tat-23 ta’ Diċembru 1997, p. 72), fis-17 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 135 tad-29 ta’ Mejju 1999, p. 92), fis-6 ta’ Diċembru 2000 (ĠU L 322 tad-19 ta’ Diċembru 2000, p. 4), fil-21 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 147 tal-14 ta’ Ġunju 2003, p. 22), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132 tad-29 ta’ April 2004, p. 3), fil-21 ta’ April 2004 (ĠU L 127 tad-29 ta’ April 2004, p. 108), fit-12 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 298 tal-15 ta’ Novembru 2005, p. 1), fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386 tad-29 ta’ Diċembru 2006, p. 45), fit-12 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 179 tat-8 ta’ Lulju 2008, p. 12), fl-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 24 tat-28 ta’ Jannar 2009, p. 9), fis-16 ta’ Frar 2009 (ĠU L 60 tal-4 ta’ Marzu 2009, p. 3), fis-7 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 184 tas-16 ta’ Lulju 2009, p. 10) u fis-26 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 92 tat-13 ta’ April 2010, p. 14).


  翻译: