4.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/44 |
REGOLAMENT (UE) Nru 306/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Marzu 2011
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 (2) jipprevedi li, mill-1 ta' Jannar 2006, ir-rata ta' tariffa għall-banana bil-kodiċi NM 0803 00 19 għandha tkun ta' EUR 176/tunnellata metrika. |
(2) |
Fil-31 ta' Mejju 2010, il-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (3) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (“il-Ftehim”) dwar l-istruttura u l-operat tas-sistema kummerċjali tal-Unjoni għall-banana bil-kodiċi NM 0803 00 19 ġie ffirmat. |
(3) |
F'konformità mal-Ftehim, l-Unjoni ser tnaqqas gradwalment it-tariffa tagħha għall-banana minn EUR 176/tunnellata metrika għal EUR 114/tunnellata metrika. L-ewwel tnaqqis, li ġie applikat retroattivament mill-15 ta' Diċembru 2009, id-data tal-inizjalar tal-Ftehim, naqqas it-tariffa għal EUR 148/tunnellata metrika. It-tnaqqisiet sussegwenti għandhom japplikaw b'seba' rati annwali b'possibbiltà ta' dewmien li ma jaqbiżx massimu ta' sentejn fil-każ li jkun hemm dewmien fil-ftehim dwar il-modalitajiet taċ-Ċiklu ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). It-tariffa finali ta' EUR 114/tunnellata metrika għandha tintlaħaq sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. It-tnaqqisiet fit-tariffi jsiru “vinkolanti” fi ħdan id-WTO fil-waqt li tiġi ċċertifikata l-iskeda tal-banana tal-UE. |
(4) |
Wara li ġie applikat provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, il-Ftehim ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/194/UE (4). |
(5) |
Fid-dawl tat-tariffi l-ġodda tal-banana li għandhom jiġu applikati skont il-Ftehim, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1964/2005 jitħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1964/2005 huwa mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
GYŐRI E.
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011.
(2) ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1 (Edizzjoni speċjali bil-Malti: ĠU L 334M, 12.12.2008, p. 649).
(4) Ara paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.