15.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 366/2011
tal-14 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Akrilammid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
Akrilammid huwa kklassifikat bħala sustanza tal-kategorija karċinoġenika 1B u l-kategorija mutaġenika 1B. Ir-riskji tiegħu ġew evalwati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (2). |
(2) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tar-riskji kkonkludew li kien hemm ħtieġa li jiġi llimitat ir-riskju lill-kompartiment akkwatiku mill-użu ta’ tajn għall-mili tal-fili li għandu bażi ta’ akrilammid fl-applikazzjonijiet tal-bini, u r-riskju lil organiżmi oħra mill-espożizzjoni indiretta permezz tal-ilma kkontaminat mill-istess applikazzjoni. Barra minn hekk, tqajjem tħassib għall-ħaddiema u l-bnedmin esposti permezz tal-ambjent minħabba n-natura karċinoġenika u mutaġenika ta’ akrilammid u għan-newrotossiċità u t-tossiċità riproduttiva tiegħu bħala konsegwenza tal-espożizzjoni li tirriżulta mill-użu fuq skala żgħira u kbira ta’ tajn għall-mili tal-fili li għandu bażi ta’ akrilammid. |
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2004/394/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji u tal-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskji għas-sustanzi: Aċetonitril; Akrilammid; Akrilonitril; Aċidu akriliku; Butadjen; Fluworur tal-idroġenu; Perossidu tal-idroġenu; Aċidu metakriliku; Metakrilat tal-metil; Toluwen; Triklorobenżin (3), adottata fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, irrakkomandat li wieħed iqis fuq il-livell tal-Unjoni tar-restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-użu fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (4) għall-użu ta’ akrilammid fit-tajn għall-mili tal-fili għall-applikazzjonijiet fuq skala żgħira u kbira. |
(4) |
Il-valur limitu ta’ 0,1 % ta’ akrilammid huwa inkluż biex ikopri sorsi oħra ta’ akrilammid ħieles fil-proċess tal-mili tal-fili pereżempju minn N-metiloakrilammid, kif indikat fir-Rakkomandazzjoni 2004/394/KE. |
(5) |
Sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, huwa għalhekk meħtieġ li jitrażżan it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ akrilammid fit-tajn għall-mili tal-fili u għall-applikazzjonijiet kollha tal-mili tal-fili. |
(6) |
Skont id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri transitorji fl-Artikolu 137(1)a tar-REACH, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 144, 30.4.2004, p. 72.
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
ANNESS
Fit-Tabella tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandha tiżdied l-entrata 60 li ġejja:
|
M’għandhux jitqiegħed fis-suq jew jintuża bħala sustanza jew kostitwent ta’ taħlitiet f’konċentrazzjoni, daqs jew ogħla minn 0,1 % bħala piż għal applikazzjonijiet tal-mili tal-fili wara l-5 ta’ Novembru 2012.” |