6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 783/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 724/2010 (2) jipprovdi għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 15 % bħala piż ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu li għadu qed jikber jew, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber ta’ dawk l-ispeċijiet.

(2)

Skont l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu jittieħed kampjun meta huwa stmat li f’refgħa waħda hemm tal-inqas 300 kg ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu.

(3)

Kif ġie ddikjarat fil-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd għall-2011 li saru fl-4 ta’ Diċembru 2010 bejn l-Unjoni u n-Norveġja, jixraq li l-Unjoni temenda l-parametri ewlenin tas-sistema għall-għeluq fil-ħin reali fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak, jiġifieri l-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet u l-kwantità minima stmata tal-ħut konċernat f’refgħa waħda, sabiex is-sistema ssir aktar effettiva.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura ma ressaqx opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet

1.   Il-livell tal-qabdiet li jitlob attivazzjoni għall-għeluq fil-ħin reali tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandu jkun 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 2, f’refgħa.

2.   Madankollu, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, il-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet għandu jkun 7,5 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa.”

(2)

Fl-Anness I, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Għandu jittieħed kampjun meta huwa stmat li hemm tal-inqas 200 kg ta’ kwalunkwe taħlit flimkien ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) jew merlangu f’refgħa waħda.

(a)

Id-daqs minimu tal-kampjun għandu jkun 200 kg ta’ kwalunkwe taħlit flimkien ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) jew merlangu.

(b)

Il-kampjun irid jittieħed b’tali mod li jirrifletti l-kompożizzjoni tal-qabda fir-rigward tal-erba’ speċijiet.

(c)

Meta hu xieraq minħabba d-daqs tal-qabda, il-kampjun għandu jittieħed fil-bidu, fin-nofs u fi tmiem il-qabda.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 1.


  翻译: