8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/63 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 324, tas-7 ta' Diċembru 2011 )
F'paġna 27,
— |
il-Premessa 3: |
minflok:
“(3) |
Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet fl-1 ta' Diċembru 2011. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara t-2 ta' Diċembru 2011 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,”; |
aqra:
“(3) |
Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet fl-1 ta' Diċembru 2011 u fit-2 ta' Diċembru 2011. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara t-2 ta' Diċembru 2011 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,”, |
— |
l-Artikolu 1(1) |
minflok:
“1. Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu fl-1 ta' Diċembru 2011, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 51,679586 %.”;
aqra:
“1. Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu fl-1 ta' Diċembru 2011 u fit-2 ta' Diċembru 2011, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 51,679586 %.”.