6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2012
tat-3 ta’ Lulju 2012
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2012/361/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (minn issa “il-Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
(2) |
Fil-25 ta' Mejju 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/1/2012 (2) dwar il-ħatra tar-Rear Admiral Jean-Baptiste DUPUIS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar ir-Rear-Admiral Enrico CREDENDINO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE. |
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rear Admiral Enrico CREDENDINO huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Awwissu 2012.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) ĠU L 142, 1.6.2012, p. 35.