23.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ottubru 2012

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għall-programmi nazzjonali ta’ 6 Stati Membri (il-Ġermanja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit) fl-2012 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 6838)

(It-testi bil-Ġermaniz, l-Ingliż, il-Litwan, l-Olandiż, il-Pollakk u l-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2012/654/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għal nefqa mġarrba fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.

(2)

Dawk il-programmi għandhom jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u l-appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fissettur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (3).

(3)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit bagħtu l-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd għas-snin 2011-2013 kif provdut fl-Artikoli 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawk il-programmi ġew approvati fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ma emendawx il-programmi nazzjonali tagħhom tal-2011-2013 għas-sena 2012. Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/276/UE (4), il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-kontribuzzjoni għal dawk il-programmi nazzjonali għas-sena 2012, għal dawn l-Istati Membri, ħlief il-Greċja.

(5)

Il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit bagħtu l-emendi għall-programmi nazzjonali tagħhom għas-sena 2012, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. L-emendi għall-Ġermanja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġew adottati mill-Kummissjoni fl-2012 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(6)

Il-Ġermanja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit bagħtu wkoll il-previżjonijiet baġitarji annwali għas-sena 2012 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd (5). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi qieset l-emendi approvati għall-programmi nazzjonali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(7)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjonijiet baġitarji annwali u tiddeċiedi dwar kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-riżulat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(8)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta bażika ma għandhomx jaqbżu il-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6).

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti globali massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li għandhom jingħataw lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd għall-2012 u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirrizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 134, 24.5.2012, p. 27.

(5)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI NAZZJONALI 2011–2013

NEFQA ELIĠIBBLI U KONTRIBUZZJONI MASSIMA TAL-UNJONI GĦALL-2012

(EUR)

Stat Membru

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

(Rata ta’ 50 %)

Il-Ġermanja

6 942 364,00

3 471 182,00

Il-Litwanja

215 902,00

107 951,00

Il-Pajjiżi l-Baxxi

4 427 312,00

2 213 656,00

Il-Polonja

967 705,00

483 852,50

L-Isvezja

5 961 618,00

2 980 809,00

Ir-Renju Unit

8 544 243,00

4 272 121,50

Total

27 059 144,00

13 529 572,00


  翻译: