31.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 698/2012

tal-25 ta’ Lulju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod speċjali l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti skont partiti 1 u 3 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali; il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma’ tax opinjoni fuq partita 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament fi ħdan il-limitu ta’ żmien iffissat miċ-chairman tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Apparat multifunzjonali (l-hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f’vetturi bil-mutur, li jikkonsisiti f’żewġ komponenti ewlenin:

apparat riċevitur ta’ xandir bir-radju kombinat ma’ CD/DVD player;

display tal-kristalli likwidi (LCD-Liquid Crystal Display) tal-kulur u jinqala’ tat-tip touch screen b’qies djagonali tal-iskrin ta’ madwar 17,5cm. (7 pulzieri) u ratio tal-aspett ta’ 16: 9.

L-apparat huwa mgħammar b’konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta’ sinjali ta’ video minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri.

L-apparat hu ppreżentat b’remote control.

Mal-apparat tista’ titwaħħal display addizzjonali.

8528 59 40

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 8528 , 8528 59  u 8528 59 40 .

L-apparat jikkonsisti f’komponenti li kapaċi jwettqu funzjonijiet varji (ir-riproduzzjoni tal-ħoss, riproduzzjoni tal-vidjo, xandir bir-radju, wiri ta’ vidjos), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tad-disinn u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu.

Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 59 40 bħala monitors b’kuluri oħra bi skrin tat-teknoloġija LCD.

2.

Apparat multifunzjonali (l-hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f’vetturi bil-mutur b’qies ta’ madwar 17 × 5 × 16 cm.

Hu jġib flimkien, fl-istess housing, apparat ta’ riċeviment ta’ xandir bir-radju, apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-vidjos u display tal-kristalli likwidi (LCD) b’qisien dijagonali ta’ madwar 8 cm (3,5 pulzieri).

L-apparat huwa mgħammar b’konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta’ sinjali ta’ video minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri.

L-apparat jista’ wkoll jirriproduċi ħoss u immaġni minn stikka tal-memorja USB.

L-apparat hu ppreżentat b’remote control.

Mal-apparat tista’ titwaħħal display addizzjonali.

8528 59 40

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 8528 , 8528 59  u 8528 59 40 .

L-apparat jikkonsisti f’komponenti li kapaċi jwettqu funzjonijiet varji (ir-riproduzzjoni tal-ħoss, riproduzzjoni tal-vidjo, xandir bir-radju, wiri ta’ vidjos), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tad-d-disinn u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu.

Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 59 40 bħala monitors b’kuluri oħra bi skrin tat-teknoloġija LCD.

3.

Apparat multifunzjonali (l-hekk imsejjaħ “ċentru multimedjali għal vetturi bil-mutur”) tat-tip użat f’vetturi bil-mutur.

Hu jġib flimkien, fl-istess housing, apparat ta’ riċeviment ta’ xandir bir-radju, apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-vidjos apprat ta’ navigazzjoni bir-radju u display tal-kristalli likwidi (LCD) b’qisien dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 18 cm (7 pulzieri) u ration tal-aspett ta’ 16:9.

L-apparat huwa mgħammar b’konnetturi li jippermettu r-riċeviment ta’ sinjali ta’ video minn sorsi esterni bħal kamera anterjuri jew tuner DVB-T.

L-apparat jista’ wkoll jirriproduċi ħoss u immaġni minn kard tal-memorja.

L-apparat hu ppreżentat b’żewġ remote controls.

Mal-apparat tista’ titwaħħal display addizzjonali.

8528 59 40

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 8528 , 8528 59  u 8528 59 40 .

L-apparat jikkonsisti f’komponenti li kapaċi jwettqu funzjonijiet varji (ir-riproduzzjoni tal-ħoss, għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, riproduzzjoni tal-vidjo, xandir bir-radju, wiri ta’ vidjos), li l-ebda waħda minnhom, fid-dawl tad-d-disinn u l-kunċett, ma tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu.

Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 59 40 bħala monitors b’kuluri oħra bi skrin tat-teknoloġija LCD.


  翻译: