5.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/214 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta' Diċembru 2013
li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
(2013/707/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku tal-anti-dumping”), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidju”), u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri provviżorji
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4) il-Kummissjoni aċċettat prezz ta' impenn (“l-impenn”) minn grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) fir-rigward ta' dazji provviżorji. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013, (5) il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 biex tintroduċi bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn. |
(3) |
Fit-8 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni nediet proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u wejfers) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni. (6) |
2. Il-proċedura sussegwenti
(4) |
Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni dwar id-dumping, il-ħsara, u l-interess tal-Unjoni, kif ukoll il-proċediment parallel kontra s-sussidju. Il-wejfers ġew esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ investigazzjonijiet, u għalhekk mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri definittivi. |
(5) |
L-investigazzjoni tal-anti-dumping kkonfermat is-sejbiet provviżorji ta' dumping dannuż. Is-sejbiet definittivi tal-investigazzjoni huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (7) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mir-RPĊ. |
(6) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (8), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mir-RPĊ. |
B. IMPENN KIF EMENDAT
1. Offerta ta' impenn emendata
(7) |
Wara l-iżvelar definittiv tas-sejbiet tal-anti-dumping u anti-sussidju, il-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME ssottomettew notifika biex jemendaw l-offerta ta' impenn inizjali tagħhom. |
(8) |
Il-produtturi esportaturi, flimkien mas-CCCME, fl-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, talbu li t-termini tal-impenn jiġu aċċettati mill-Kummissjoni biex jeliminaw kwalunkwe effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati wkoll. |
(9) |
Barra minn hekk, numru ta' produtturi esportaturi addizzjonali, fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, talbu biex jipparteċipaw fl-impenn. |
(10) |
Barra minn hekk, is-CCCME u l-produtturi esportaturi talbu li jirrevedu l-impenn biex titqies l-esklużjoni ta' wejfers mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni. |
2. Il-kummenti tal-partijiet interessati
(11) |
L-offerta ta' impenn kif emendata qiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. F'dan li ġej il-Kummissjoni tindirizza l-kummenti ewlenin sottomessi mill-partijiet interessati wara li tkun irċeviet l-offerta ta' impenn. |
2.1. L-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali
(12) |
Bosta partijiet talbu aċċess għal informazzjoni dwar ptar-Regolament bażiku ta' kontrarezzijiet minimi ta' importazzjoni (“MIP”), il-livell annwali jew b'mod ġenerali termini differenti tal-impenn. Waħda mill-partijiet ilmentat li ma kinetx infurmata fil-ħin dwar l-offerta ta' impenn inizjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-verżjoni mhux kunfidenzjali inizjali tal-offerta ta' impenn ġiet inkluża fil-fajl li hu miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati direttament mal-wasla tiegħu kif previst fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping. |
(13) |
Il-MIPs u l-livell annwali huma soġġetti għas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-Trattat u kunfidenzjali skont l-Artikoli 19 tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji. Għalhekk, f'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, huma ma jintwerewx lil partijiet terzi. Fil-każ kurrenti, fuq talba tal-partijiet, il-Kummissjoni talbet lis-CCCME jekk tistax tiġi żvelata ftit iktar informazzjoni relatata mal-MIP u l-livell annwali. Is-CCCME qablet li tiżvela approssimazzjoni tal-MIP (definiti bħala “inqas” valur speċifiku). Il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw dik l-informazzjoni dwar fajl mhux kunfidenzjali. Il-Kummissjoni tqis li tali informazzjoni, f'dan il-każ speċifiku, iġġib bilanċ xieraq bejn ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u d-dritt għad-difiża. |
(14) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra talbiet dwar termini differenti tal-impenn. Hija waslet għal konklużjoni li, bl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba, dan iżid ir-riskju ta' manipolazzjoni fil-prezz u l-logħob fis-suq għall-pannelli solari. Sabiex ma tfixkilx il-funzjonament tas-suq għal pannelli solari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mitluba ma għandhiex tkun disponibbli lix-xerrejja u l-kompetituri tal-kumpanniji li offrew l-impenn. Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll għal MIP u livell annwali li ma għandux ikun żvelat f'livell akbar ta' dettall. |
2.2. Perjodu tranżitorju
(15) |
Parti interessata waħda talbet lill-Kummissjoni biex tippermetti perjodu ta' tranżizzjoni (u eżenzjoni mid-dazji ta' kontra d-dumping) meta l-prodotti kienu ordnati qabel id-dħul fis-seħħ tal-impenn iżda ppreżentati għall-approvazzjoni doganali wara dik id-data mingħajr fattura ta' impenn. Sabiex jiġu eżentati mid-dazji ta' kontra d-dumping, l-oġġetti ppreżentati għall-approvazzjoni doganali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 748/2013. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
3. L-evalwazzjoni tal-offerta tal-impenn kif emendata
(16) |
Il-Kummissjoni evalwat l-offerta ta' impenn kif emendata. L-ewwel nett, hija nnutat li r-reviżjoni teknika tal-impenn hija meħtieġa biex tirrifletti s-sejbiet definittivi fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping u kontra s-sussidju (jiġifieri l-esklużjoni ta' wejfers mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni). |
(17) |
It-tieni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tad-dejta tal-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-kummerċ ta' kumpaniji addizzjonali mill-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE huwa limitat ħafna u għalhekk ma jbiddilx il-valutazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni li l-impenn ineħħi l-effett ta' ħsara tad-dumping, mal-MIP u fi ħdan il-livell annwali kif inizjalment offrut. |
(18) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk l-inklużjoni ta' produtturi esportaturi addizzjonali x'aktarx tipperikola l-monitoraġġ effettiv tal-impenn jew iżżid ir-riskju ta' evażjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat li s-CCCME wriet ir-rwol attiv tagħha fl-implimentazzjoni prattika tal-impenn. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta' produtturi esportaturi addizzjonali mhux se tbiddel it-termini tal-impenn. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-inklużjoni tal-produtturi addizzjonali ma tbiddilx ir-riżultati inizjali dwar il-monitoraġġ effettiv tal-impenn u dwar ir-riskju limitat ta' evażjoni. |
(19) |
It-tielet, l-investigazzjonijiet dwar anti-sussidju u anti-dumping twettqu b'mod parallel f'dan il-każ attwali. Skont ir-regola tal-inqas dazju, rata ta' taxxa kompensatorja definittiva ġiet stabbilita fuq il-livell tal-marġini tas-sussidju u dazju definittiv ta' anti-dumping fuq il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara. Għalhekk, ir-rata ta' dazju anti-dumping u kumpensatorju se tkun ugwali mal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara (dazju kumpensatorju flimkien mad-dazju tal-antidumping sa livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenn għadu jelimina l-effetti kemm ta' ħsara tad-dumping kif ukoll tas-sussidjar, u b'hekk ma hi meħtieġa l-ebda bidla għall-MIP. |
(20) |
Ir-raba', waħda mill-partijiet ikkontestat il-fatt li l-Kummissjoni kienet ibbażat fuq id-Deċiżjoni 2013/423/UE fuq dejta ta' wara l-IP sabiex tivvaluta jekk l-impenn neħħiex l-effett dannuż tad-dumping, imsejjes fuq l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping jistipula li l-“informazzjoni dwar perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni għandu, normalment [enfasi miżjuda], ma jitqiesx.” Kliem simili jista' jinsab fl-Artikolu 11(1) l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju. Il-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE tispjega ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-Kummissjoni biex toqgħod fuq dejta ta' wara l-IP f'dan il-każ. Il-parti ma kkontestax l-eżattezza fattwali ta' dawk iċ-ċirkostanzi. Għaldaqstant, l-argument ġie rrifjutat. |
(21) |
Il-ħames, l-impenn jiżgura stabbilta ta' forniment lejn l-Unjoni b'livell ta' prezz sostenibbli. Għaldaqstant, ma hemmx raġunijiet ta' politika ġenerali sabiex ma jiġix aċċettat l-impenn. |
(22) |
Parti waħda qieset li l-MIP huwa għoli wisq, parti waħda kienet qieset li huwa ffissat fil-baxx wisq. Kif stabbilit fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, sabiex jiġi vvalutat jekk dak il-prezz tal-impenn ineħħix l-effett dannuż tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat, inter alia, il-prezzijiet attwali tal-esportazzjoni u l-livell ta' dazju provviżorju. Wara li analizzat l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-partijiet, l-informazzjoni disponibbli dwar l-evoluzzjoni kurrenti u mistennija fl-ispiża tal-produzzjoni, u l-iżviluppi tal-prezzijiet mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE. |
(23) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, is-sejbiet fil-premessi 3 sa 9 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, kif ikkomplementati mis-sejbiet stipulati hawn fuq fil-premessi 16 sa 22 huma kkonfermati. |
4. Bidliet fl-ismijiet tal-kumpaniji u bidliet fil-lista ta' kumpaniji relatati fl-UE
(24) |
L-inklużjoni ta' kumpaniji ġodda fl-impenn tikkawża bidliet fil-lista ta' kumpaniji relatati fl-UE kif ippreżentata fl-offerta ta' impenn inizjali. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed talab l-inklużjoni ta' kumpanija ġdida relatata tal-UE biex tissostitwixxi kumpanija oħra. |
(25) |
Fl-aħħar nett, kumpanija waħda bidlet isimha. |
C. AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN KIF EMENDATA
(26) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-impenn offrut huwa aċċettabbli. Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali, il-konsiderazzjonijiet u l-obligazzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata l-aċċettazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-impenn offrut mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME), b'rabta mal-proċedimenti anti-dumping u anti-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa hawnhekk aċċettat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2013.
Magħmul fi Brussell, it-4 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(6) ĠU C 340, 8.11.2012, p. 13.
(7) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(8) Ara paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Lista tal-kumpaniji:
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd |
B799 |
Anhui Chaoqun Power Co. Ltd |
B800 |
Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B802 |
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd |
B801 |
Anhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
CSI Solar Power (China) Inc. Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc. Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc. CSI Cells Co. Ltd |
B805 |
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd |
B791 |
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD. ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD. HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD. |
B812 |
CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd |
B813 |
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd |
B810 |
Delsolar (Wujiang) Ltd |
B792 |
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD |
B817 |
Era Solar Co. Ltd |
B818 |
ET Solar Industry Limited ET Energy Co. Ltd |
B819 |
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED GCL Solar System (Suzhou) Limited |
B850 |
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
Hangzhou Bluesun New Material Technology Co. Ltd |
B824 |
Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd |
B825 |
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd |
B830 |
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
B836 |
Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B842 |
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
JingAo Solar Co.Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd |
B794 |
Jinko Solar Co. Ltd Jinko Solar Import and Export Co. Ltd ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD |
B845 |
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) |
B849 |
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD |
B852 |
Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd |
B856 |
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd |
B857 |
Ningbo Komaes Solar Technology Co., Ltd |
B858 |
Ningbo Osda Solar Co. Ltd |
B859 |
Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd |
B860 |
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd |
B863 |
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
Phono Solar Technology Co. Ltd Sumec Hardware & Tools Co. Ltd |
B866 |
RISEN ENERGY CO. LTD |
B868 |
SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD |
B869 |
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
Shanghai BYD Co. Ltd BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd |
B871 |
Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd |
B872 |
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd |
B875 |
Shanghai ST-Solar Co. Ltd Jiangsu ST-Solar Co. Ltd |
B876 |
Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd |
B878 |
Shenzhen Topray Solar Co., Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Shenzhen Topray Solar Co., Ltd |
B880 |
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co., Ltd |
B881 |
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd |
B882 |
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
TDG Holding Co., Ltd |
B884 |
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy(Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
Wuxi Saijing Solar Co. Ltd |
B890 |
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sunshine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd |
B796 |
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd |
B893 |
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd Fabbrika għall-Bini tal-Magni Huanghe mmexxija mill-Istat Korporazzjoni ta' Importazzjoni u Esportazzjoni Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
Xi'an LONGi Silicon Materials Corp. Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd |
B897 |
Years Solar Co. Ltd |
B898 |
Yingli Energy (China) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd, Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd, Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B797 |
Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co., Ltd |
B899 |
Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd |
B900 |
Zhangjiagang City SEG PV Co., Ltd |
B902 |
Zhejiang Fengsheng Electrical Co., Ltd |
B903 |
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd |
B904 |
Zhejiang Heda Solar Technology Co., Ltd |
B905 |
Zhejiang Jiutai New Energy Co., Ltd Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd |
B906 |
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co., Ltd |
B907 |
Zhejiang Koly Energy Co., Ltd |
B908 |
Zhejiang Mega Solar Energy Co., Ltd Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd |
B910 |
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co., Ltd |
B911 |
Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co., Ltd |
B912 |
Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd |
B914 |
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD |
B918 |
Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B919 |
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |
RENESOLA ZHEJIANG LTD Renesola Jiangsu Ltd |
B921 |
Zhongli Talesun Solar Co. Ltd |
B922 |
ZNSHINE PV-TECH CO. LTD |
B923 |