21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2013
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk
(2013/785/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 218 u mal-paragrafu 7 tal-Artikolu 218, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) billi adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2006 (2). |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Renju tal-Marokk protokoll ġdid li jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fuqhom ir-Renju tal-Marokk jeżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2013/720/UE (3), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(4) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni permezz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata u li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet tal-promozzjoni ta' sajd responsabbli u ta' attivitajiet tas-sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd tar-Renju tal-Marokk. L-approvazzjoni f'isem l-Unjoni ta' dan il-Protokoll hija għalhekk meħtieġa. |
(5) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni stabbilixxa Kummissjoni Konġunta nkarigata mill-kontroll tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u mill-adozzjoni, skont kif ikun il-każ, ta' modifiki għall-Protokoll. Bl-iskop li jiġu implimentati dawn il-modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni Ewropea tingħata s-setgħa biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni, biex jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 12 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni Ewropea hija b'dan mogħtija s-setgħa biex tapprova l-aġġustamenti magħmula fil-Protokoll adottati mill-Kummissjoni Konġunta, taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) ĠU L 141, 29.5.2006, p. 4 (Verżjoni MT: ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 134).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1; verżjoni MT: ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 131).
(3) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 1.
(4) Il-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 328, 7.12.2013, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-ffirmar tiegħu.
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
1) |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Renju tal-Marokk u, fejn adegwat u sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel mal-modifiki tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2) |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, l-Unjoni għandha:
|
3) |
Meta deċiżjoni dwar il-modifiki għall-Protokoll msemmija fil-paragrafu 1 hija prevista li tiġi adottata waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument preparatorju li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni tal-Unjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każi l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni fid-dokument preparatorju għandha titqies li ntlaħaq qbil dwarha, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun wasal id-dokument preparatorju, skont liema tiġri l-ewwel. Fil-każ ta' oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi meħtieġa, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn adegwat, tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tippreżenta kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. |