15.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 985/2013
tal-14 ta’ Ottubru 2013
li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu tal-aromatizzanti tal-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta’ qiegħ il-paġna u sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati permezz tar-referenzi ta’ noti ta’ qiegħ il-paġna 1 sa 4 f’dik il-lista. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lestiet il-valutazzjoni ta’ 23 sustanza li bħalissa huma elenkati bħala sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni. Dawk is-sustanzi aromatizzanti ġew ivvalutati mill-EFSA fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta’ aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.06rev4 (3) (is-sustanzi FL-nri 02.229, 05.137, 09.562 u 09.854), evalwazzjoni FGE.07rev4 (4) (is-sustanzi FL-nri 02.145, 02.194, 02.211, 07.198 u 07.204), evalwazzjoni FGE.08rev5 (5) (is-sustanza FL Nru 15.134), evalwazzjoni FGE.09rev4 (6) (is-sustanzi FL-nri 07.202 u 07.255), evalwazzjoni FGE.12rev3 (7) (is-sustanza FL Nru 05.182), evalwazzjoni FGE.20rev4 (8) (is-sustanzi FL-nri 05.026, 05.028, 05.029 u 09.858), evalwazzjoni fl-FGE.23rev4 (9) (is-sustanza FL Nru 13.170), evalwazzjoni fl-FGE.63rev1 (10) (is-sustanzi FL-nri 02.252, 07.190 u 09.936), evalwazzjoni FGE.94rev1 (11) (is-sustanza FL Nru 16.095) u evalwazzjoni FGE.304 (12) (is-sustanza FL Nru 16.123). L-EFSA kkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti li ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati fid-dieta. |
(4) |
Għalhekk, is-sustanzi aromatizzanti evalwati f’dawk l-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta’ aromatizzanti għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati billi jitħassru n-noti ta’ qiegħ il-paġna bir-referenzi 1 sa 4 fl-annotazzjonijiet rilevanti tal-lista tal-Unjoni. |
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-lista tal-Unjoni, ġew ċerti identifikati żbalji f’dik il-lista. Dawk l-iżbalji huma marbutin ma’ ismijiet, numri-CAS, numri-JEFCA jew komponenti sekondarji tas-sustanzi li ġejjin: FL-Nri 02.093, 02.110, 05.085, 08.004, 09.016, 09.131, 09.132, 09.266, 09.578, 09.596, 09.880, 12.075, 12.086, 12.273, 13.028, 13.190, 14.067 u 17.015. Dawn l-iżbalji għandhom jitranġaw. |
(6) |
Għalhekk il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) EFSA Journal 2013; 11(2):3091.
(4) EFSA Journal 2012; 10(10):2899.
(5) EFSA Journal 2012; 10(7):2837.
(6) EFSA Journal 2012; 10(7):2836.
(7) EFSA Journal 2012; 10(12):2993.
(8) EFSA Journal 2012; 10(12):2994.
(9) EFSA Journal 2013; 11(2):3092.
(10) EFSA Journal 2012; 10(10):2900.
(11) EFSA Journal 2012; 10(6):2747.
(12) EFSA Journal 2012; 10(10):2903.
ANNESS
It-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.093 tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.110 tinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.145 tinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.194 tinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.211 tinbidel b’dan li ġej:
|
(6) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.229 tinbidel b’dan li ġej:
|
(7) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 02.252 tinbidel b’dan li ġej:
|
(8) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.026 tinbidel b’dan li ġej:
|
(9) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.028 tinbidel b’dan li ġej:
|
(10) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.029 tinbidel b’dan li ġej:
|
(11) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.085 tinbidel b’dan li ġej:
|
(12) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.137 tinbidel b’dan li ġej:
|
(13) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 05.182 tinbidel b’dan li ġej:
|
(14) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 07.190 tinbidel b’dan li ġej:
|
(15) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 07.198 tinbidel b’dan li ġej:
|
(16) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 07.202 tinbidel b’dan li ġej:
|
(17) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 07.204 tinbidel b’dan li ġej:
|
(18) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 07.255 tinbidel b’dan li ġej:
|
(19) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 08.004 tinbidel b’dan li ġej:
|
(20) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.016 tinbidel b’dan li ġej:
|
(21) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.131 tinbidel b’dan li ġej:
|
(22) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.132 tinbidel b’dan li ġej:
|
(23) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.266 tinbidel b’dan li ġej:
|
(24) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.562 tinbidel b’dan li ġej:
|
(25) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.578 tinbidel b’dan li ġej:
|
(26) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.596 tinbidel b’dan li ġej:
|
(27) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.854 tinbidel b’dan li ġej:
|
(28) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.858 tinbidel b’dan li ġej:
|
(29) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.880 tinbidel b’dan li ġej:
|
(30) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 09.936 tinbidel b’dan li ġej:
|
(31) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 12.075 tinbidel b’dan li ġej:
|
(32) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 12.086 tinbidel b’dan li ġej:
|
(33) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 12.273 tinbidel b’dan li ġej:
|
(34) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 13.028 tinbidel b’dan li ġej:
|
(35) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 13.170 tinbidel b’dan li ġej:
|
(36) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 13.190 tinbidel b’dan li ġej:
|
(37) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 14.067 tinbidel b’dan li ġej:
|
(38) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 15.134 tinbidel b’dan li ġej:
|
(39) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 16.095 tinbidel b’dan li ġej:
|
(40) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 16.123 tinbidel b’dan li ġej:
|
(41) |
L-annotazzjoni dwar FL Nru 17.015 tinbidel b’dan li ġej:
|