7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/40 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1270/2013
tal-15 ta’ Novembru 2013
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) billi adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2006 (2). |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Renju tal-Marokk protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fuqhom ir-Renju tal-Marokk jeżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tas-sajd. Il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fl-24 ta’ Lulju 2013. |
(3) |
Fil-15 ta' Novembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/1270/UE (3) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid. |
(4) |
Il-mod li bih issir l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid. |
(5) |
F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (4), f’każ li l-għadd tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll il-ġdid ma jkunux użati totalment, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza li għandha tiġi ffissata mill-Kunsill għandu jiġi kkunsidrat bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu stabbilit. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill. |
(6) |
Dan ir-Regolament huwa meħtieġ li japplika mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll il-ġdid. |
(7) |
Fid-dawl tal-urġenza tad-dossier, jeħtieġ li jsir provvediment għal eċċezzjoni mill-iskadenza ta’ tmien ġimgħat prevista taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-Rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unioni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti taħt il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
Kategorija ta’ sajd |
Tip ta’ bastiment |
Stat Membru |
Liċenzji jew kwota |
||||||
Sajd pelaġiku fuq skala żgħira fit-Tramuntana |
Bastimenti bit-tartarun < 100 TG |
Spanja |
20 |
||||||
Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana |
bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ, < 40 TG |
Spanja |
25 |
||||||
Portugall |
7 |
||||||||
bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ, > 40 TG < 150 TG |
Portugall |
3 |
|||||||
Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar |
Xlief u qasab < 80 TG |
Spanja |
10 |
||||||
Sajd tal-qiegħ (demersali) |
bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ |
Spanja |
7 |
||||||
Portugall |
4 |
||||||||
bastimenti tat-tkarkir |
Spanja |
5 |
|||||||
Italja |
0 |
||||||||
Sajd għat-tonn |
bil-qasab |
Spanja |
23 |
||||||
Franza |
4 |
||||||||
Pelaġiku industrijali |
80 000 tunnellata kull sena b’massimu ta’ 10 000 tunellata kull xahar għall-flotta sħiħa, ħlief għax-xhur minn Awwissu sa Ottubru fejn il-limitu ta’ kull xahar tal-qabidet jiġi miżjud għal 15 000 -il tunnellata Distribuzzjoni tal-bastimenti li huma awtorizzati għas-sajd:
|
Ġermanja |
6 467 t |
||||||
Litwanja |
20 693 t |
||||||||
Latvja |
11 640 t |
||||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
24 567 t |
||||||||
Irlanda |
2 917 t |
||||||||
Polonja |
4 525 t |
||||||||
Renju Unit |
4 525 t |
||||||||
Spanja |
467 t |
||||||||
Portugall |
1 555 t |
||||||||
Franza |
2 644 t |
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd magħmula minn kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tinformahom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex eżawriti kollha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 141, 29.5.2006, p. 4 (Verżjoni MT: ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 134).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1; verżjoni MT: ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 131).
(3) Ara paġna 40 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).