29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUTM MALI/1/2014
tat-18 ta’ Marzu 2014
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2013
(2014/174/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika ta’ EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-Missjoni tal-UE sussegwenti. |
(2) |
Fid-19 ta’ Lulju 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2013 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Bruno GUIBERT bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali. |
(3) |
Fil-15 ta’ Frar 2014, Franza pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jissostitwixxi l-Brigadier Ġeneral Bruno GUIBERT. |
(4) |
Fil-21 ta’ Frar 2014, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM. |
(5) |
Id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2013 għandha titħassar. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) mill-1 ta’ April 2014.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2013 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2014.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUTM Mali/1/2013 tad-19 ta’ Lulju 2013 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) (ĠU L 202, 27.7.2013, p. 22).