18.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/801/PESK
tas-17 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-informazzjoni għal persuna waħda elenkata taħt id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
L-entrata għall-persuna li ġejja stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY Владимир Вольфович Жириновский |
Imwieled fil-25.4.1946 f'Almaty (qabel magħruf ukoll bħala Alma-Ata), il-Kazakistan. |
Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv li tinqasam l-Ukraina. Iffirma, f'isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’. |
12.9.2014” |