22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/103/UE

tal-21 ta' Novembru 2014

li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II, u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. B'konsegwenza ta' dan, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta' dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015, b'perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

(3)

Għalhekk it-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE għandhom jiġu emendati skont dan:

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2008/68/KE

Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej:

“I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi 'parti kontraenti' tiġi ssostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b'dan li ġej:

“II.1.   RID

Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija ssostitwita bi 'Stat Membru' kif xieraq.”

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b'dan li ġej:

“III.1.   ADN

Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija ssostitwita bi ‘Stat Membru’, skont il-każ.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


  翻译: