22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2014
tal-21 ta' Novembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 180 u 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u s-Serbja, min-naħa l-oħra (2), (“l-FSA”) ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013. L-Artikolu 26(4) tal-FSA jipprovdi aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fis-Serbja tal-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 180 000 tunnellata. |
(2) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (4) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2014. Dan l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri ġie awtorizzat bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/517/UE (5) u 2014/518/Euratom (6). |
(3) |
L-Artikolu 2 tal-Protokoll jipprevedi emenda għall-Artikolu 26(4) tal-FSA sabiex jiżdiedu l-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja fi ħdan limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 181 000 tunnellata. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2014/517/UE, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni tiegħu. Għaldaqstant, iż-żieda tal-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Awwissu 2014. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (7) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fis-Serbja. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi emendat dak ir-Regolament biex jitqies il-Protokoll. |
(6) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-volumi tal-kwoti tariffarji l-ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Awwissu 2014. Għaldaqstant, għas-sena 2014, iż-żieda fil-volum tal-kwoti eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandha tkun disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2014. |
(7) |
Peress li skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwoti tariffarji huma amministrati għal kull sena tas-suq f'dak is-settur, għandha titqies iż-żieda pro rata fil-volumi tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-sena tas-suq 2013/2014 u fil-volumi li għandhom jingħataw għas-sena tas-suq 2014/2015, skont il-Protokoll. Iż-żieda pro rata fil-volum annwali għax-xhur ta' Awwissu u Settembru 2014 tikkorrespondi għal 167 tunnellata zokkor. Peress li din il-kwantità mhux se tkun tista' tintuża qabel tmiem is-sena tas-suq 2013/2014, din għandha tkun disponibbli fis-sena tas-suq 2014/2015. |
(8) |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 135 tiegħu, l-FSA ma japplikax għall-Kosovo (8). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (9) tħassar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 (10). Peress li r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 m'għadux jipprovdi għal konċessjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti fl-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Kosovo, għandhom jitħassru r-referenzi tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 u għall-Kosovo tar-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Peress li s-sena tas-suq 2014/2015 tibda fl-1 ta' Ottubru 2014, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom japplikaw malajr kemm jista' jkun u għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (b) jitħassar; |
(2) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 2, it-terminu “Kosovo” u n-nota ta' qiegħ il-paġna relatata jitħassru; |
(4) |
Fl-Anness I, il-Parti II jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan jibda japplika mis-sena tas-suq 2014/2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, għandha titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/518/Euratom tal-14 ta' April 2014 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 20).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
(8) Din id-denominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
ANNESS
Il-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 tinbidel b'dan li ġej:
“Parti II: Zokkor Balkani
PAJJIŻ TERZ jew Territorju Doganali |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kwantitajiet (tunnellati) |
Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |
L-Albanija |
09.4324 |
1701 u 1702 |
1 000 |
0 |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
09.4325 |
1701 u 1702 |
12 000 |
0 |
Is-Serbja |
09.4326 |
1701 u 1702 |
181 000 (1) |
0 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
09.4327 |
1701 u 1702 |
7 000 |
0 |
(1) Għas-sena tas-suq 2014/2015, il-kwantità għandha tkun 181 167 tunnellata.”