20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/955

tas-16 ta' Ġunju 2015

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (EUTM MALI/3/2014) (EUTM MALI/2/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

(3)

Fis-17 ta' Marzu 2015, il-Ġermanja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jissuċċiedi lill-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-proposta.

(5)

Id-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 għalhekk għandha titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM MALI) mit-28 ta' Lulju 2015.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Lulju 2015.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM MALI/3/2014 tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM MALI) (ĠU L 300, 18.10.2014, p. 49).


  翻译: