27.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/39 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1432
tal-25 ta' Awwissu 2015
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għal-Litwanja
(notifikata bid-dokument C(2015) 6031)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. |
(2) |
F'Awwissu 2015, l-Estonja nnotifikat diversi każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Wieħed minn dawn il-każijiet seħħ f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u qrib żona elenkata fil-Parti I ta' dak l-Anness. |
(3) |
F'Awwissu 2015, il-Litwanja nnotifikat diversi tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Waħda minn dawn it-tifqigħat seħħet f'żona elenkata fil-Parti II ta' dak l-Anness. |
(4) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju maħluq mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Litwanja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, sabiex titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda f'dawk l-Istati Membri. |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata skont dan, |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn (il-belt) ta' Kallaste, |
— |
il-linn ta' Kunda, |
— |
il-linn ta' Mustvee, |
— |
il-linn ta' Pärnu, |
— |
il-linn ta' Tartu, |
— |
il-maakond (il-kontea) ta' Harjumaa, |
— |
il-maakond ta' Läänemaa, |
— |
il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi, |
— |
il-vald ta' Are, |
— |
il-vald ta' Audru, |
— |
il-vald ta' Haaslava, |
— |
il-vald ta' Halinga, |
— |
il-vald ta' Haljala, |
— |
il-vald ta' Kambja, |
— |
il-vald ta' Kasepää, |
— |
il-vald ta' Koonga, |
— |
il-vald ta' Laekvere, |
— |
il-vald ta' Lavassaare, |
— |
il-vald ta' Luunja, |
— |
il-vald ta' Mäksa, |
— |
il-vald ta' Meeksi, |
— |
il-vald ta' Paikuse, |
— |
il-vald ta' Pala, |
— |
il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-vald ta' Peipsiääre, |
— |
il-vald ta' Piirissaare, |
— |
il-vald ta' Rägavere, |
— |
il-vald ta' Saare, |
— |
il-vald ta' Sauga, |
— |
il-vald ta' Sindi, |
— |
il-vald ta' Sõmeru, |
— |
il-vald ta' Surju, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-vald ta' Tahkuranna, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-vald ta' Tootsi, |
— |
il-vald ta' Tori, |
— |
il-vald ta' Tõstamaa, |
— |
il-vald ta' Vara, |
— |
il-vald ta' Varbla, |
— |
il-vald ta' Vihula, |
— |
il-vald ta' Vinni, |
— |
il-vald ta' Viru-Nigula, |
— |
il-vald ta' Võnnu. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads (il-muniċipalità) ta' Krimuldas, il-pagasts (il-munaċipalità rurali) ta' Krimuldas, |
— |
fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Lauberes, Suntažu, Ķeipenes, Taurupes, Ogresgala u Mazozolu, |
— |
fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Priekuļu u Veselavas, |
— |
in-novads ta' Amatas, |
— |
in-novads ta' Cēsu, |
— |
in-novads ta' Ikšķiles, |
— |
in-novads ta' Inčukalna, |
— |
in-novads ta' Jaunjelgavas, |
— |
in-novads ta' Ķeguma, |
— |
in-novads ta' Lielvārdes, |
— |
in-novads ta' Līgatnes, |
— |
in-novads ta' Mālpils, |
— |
in-novads ta' Neretas, |
— |
in-novads ta' Ropažu, |
— |
in-novads ta' Salas, |
— |
in-novads ta' Sējas, |
— |
in-novads ta' Siguldas, |
— |
in-novads ta' Vecumnieku, |
— |
in-novads ta' Viesītes. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalità) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis, |
— |
is-savivaldybė ta' Kalvarija, |
— |
is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda, |
— |
is-savivaldybė ta' Marijampolė. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-województwo podlaskie (id-dipartiment) ta' Podlasie:
— |
il-gminy (il-muniċipalità) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów, |
— |
il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok, |
— |
il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka, |
— |
il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze, |
— |
il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie, |
— |
il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny, |
— |
il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki, |
— |
il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow, |
— |
il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka, |
— |
il-powiat ta' Bielsk, |
— |
il-powiat ta' M. Białystok, |
— |
il-powiat ta' M. Suwałki, |
— |
il-powiat ta' Mońki. |
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Rakvere, |
— |
il-linn ta' Vändra, |
— |
il-linn ta' Viljandi, |
— |
il-maakond ta' Ida-Virumaa, |
— |
il-maakond ta' Põlvamaa, |
— |
il-maakond ta' Raplamaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Abja, |
— |
il-vald ta' Häädemeeste, |
— |
il-vald ta' Halliste, |
— |
il-vald ta' Kadrina, |
— |
il-vald ta' Karksi, |
— |
il-vald ta' Kõpu, |
— |
il-vald ta' Pärsti, |
— |
il-vald ta' Rakvere, |
— |
il-vald ta' Saarde, |
— |
il-vald ta' Tapa, |
— |
il-vald ta' Vändra. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas, |
— |
fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Madlienas u Menģeles, |
— |
fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Liepas u Mārsnēnu, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes, |
— |
in-novads ta' Aizkraukles, |
— |
in-novads ta' Aknīstes, |
— |
in-novads ta' Alūksnes, |
— |
in-novads ta' Apes, |
— |
in-novads ta' Baltinavas, |
— |
in-novads ta' Balvi, |
— |
in-novads ta' Cesvaines, |
— |
in-novads ta' Ērgļu, |
— |
in-novads ta' Gulbenes, |
— |
in-novads ta' Ilūkstes, |
— |
in-novads ta' Jaunpiepalgas, |
— |
in-novads ta' Jēkabpils, |
— |
in-novads ta' Kocēnu, |
— |
in-novads ta' Kokneses, |
— |
in-novads ta' Krustpils, |
— |
in-novads ta' Līvānu, |
— |
in-novads ta' Lubānas, |
— |
in-novads ta' Madonas, |
— |
in-novads ta' Pārgaujas, |
— |
in-novads ta' Pļaviņu, |
— |
in-novads ta' Raunas, |
— |
in-novads ta' Rugāju, |
— |
in-novads ta' Skrīveru, |
— |
in-novads ta' Smiltenes, |
— |
in-novads ta' Varakļānu, |
— |
in-novads ta' Vecpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Viļakas, |
— |
ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė (ir-raħal distrettwali) ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimas (ir-raħal) ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių u Velžio, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
— |
il-miesto savivaldybė (il-belt distrettwali) ta' Alytus, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Panevežys, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Alytus, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Prienai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius, |
— |
is-savivaldybė (id-distrett) ta' Birštonas, |
— |
is-savivaldybė ta' Elektrenai. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo ta' Podlasie:
— |
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok, |
— |
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka, |
— |
il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny, |
— |
il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów, |
— |
il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka. |
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Elva, |
— |
il-linn ta' Jõgeva, |
— |
il-linn ta' Põltsamaa, |
— |
il-linn ta' Võhma, |
— |
il-maakond ta' Järvamaa, |
— |
il-maakond ta' Valgamaa, |
— |
il-maakond ta' Võrumaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u x-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Jõgeva, |
— |
il-vald ta' Kolga-Jaani, |
— |
il-vald ta' Konguta, |
— |
il-vald ta' Kõo, |
— |
il-vald ta' Laeva, |
— |
il-vald ta' Nõo, |
— |
il-vald ta' Paistu, |
— |
il-vald ta' Pajusi, |
— |
il-vald ta' Põltsamaa, |
— |
il-vald ta' Puhja, |
— |
il-vald ta' Puurmani, |
— |
il-vald ta' Rakke, |
— |
il-vald ta' Rannu, |
— |
il-vald ta' Rõngu, |
— |
il-vald ta' Saarepeedi, |
— |
il-vald ta' Tähtvere, |
— |
il-vald ta' Tarvastu, |
— |
il-vald ta' Torma, |
— |
il-vald ta' Ülenurme, |
— |
il-vald ta' Väike-Maarja. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas, |
— |
in-novads ta' Aglonas, |
— |
in-novads ta' Alojas, |
— |
in-novads ta' Beverīinas, |
— |
in-novads ta' Burtnieku, |
— |
in-novads ta' Ciblas, |
— |
in-novads ta' Dagdas, |
— |
in-novads ta' Daugavpils, |
— |
in-novads ta' Kārsavas, |
— |
in-novads ta' Krāslavas, |
— |
in-novads ta' Ludzas, |
— |
in-novads ta' Mazsalacas, |
— |
in-novads ta' Naukšēnu, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Rēzeknes, |
— |
in-novads ta' Riebiņu, |
— |
in-novads ta' Rūjienas, |
— |
in-novads ta' Strenču, |
— |
in-novads ta' Valkas, |
— |
in-novads ta' Vārkavas, |
— |
in-novads ta' Viļānu, |
— |
in-novads ta' Zilupes, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Jonava, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, |
— |
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Moletai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Utena, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai, |
— |
is-savivaldybe ta' Visaginas. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo (id-dipartiment) ta' Podlasie:
— |
il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok, |
— |
il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka. |
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni tal-Italja:
iż-żoni kollha ta' Sardinja.”