10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2299

tas-17 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2009/965/KE fir-rigward ta' lista aġġornata ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali

(notifikata bid-dokument C(2015) 7869)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2009 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/965/KE (2) b'lista ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni ta' regoli nazzjonali fid-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE

(2)

Abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-Aġenzija), ir-reviżjoni tal-lista ta' parametri hija meħtieġa biex tagħmilha koerenti mal-ispeċifikazzjoni teknika riveduta (“TSI”) għall-interoperabilità dwar il-vetturi ferrovjarji, il-vaguni tal-merkanzija, il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġiera, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, il-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni, il-ġestjoni tal-operat u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġiera, is-sikurezza fil-mini tal-ferroviji u l-aċċessibbiltà għal persuni b'mobilità mnaqqsa.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tqabbil u r-referenza minn dokument għal ieħor, fir-rigward ta' parametru partikolari, bejn ir-rekwiżiti li hemm fit-TSIs riveduti u dawk li hemm fir-regoli nazzjonali, il-lista ta' parametri li għandha tiġi vverifikata b'rabta mal-bidu tal-użu ta' vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, għandha min-naħa l-waħda, tippreserva l-kompatibilità ma', u tibni fuq ftehim eżistenti bbażat fuq ir-regoli nazzjonali, u min-naħa l-oħra, għandha tirrifletti t-TSIs riveduti. Għalhekk jeħtieġ li l-lista ta' parametri tiġi aġġornata. Biex ikunu żgurati l-fehim u l-applikazzjoni armonizzati tal-lista, għandha tiżdied spjega addizzjonali. Huwa xieraq li tiġi adottata l-lista dettaljata ta' parametri, imħejjija abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija (ERA-REC-118-2014/REC) tal-11 ta' Novembru 2014, bħala l-bażi għad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/965/KE għanda tiġi emendata.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE u deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE (3) għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/965/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 63, 10.3.2011, p. 22)


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali fid-Dokument ta' Referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE

Referenza

Parametru

Spjegazzjonijiet

1

Dokumentazzjoni

 

1.1

Dokumentazzjoni ġenerali

Dokumentazzjoni ġenerali, deskrizzjoni teknika tal-vettura, id-disinn u l-użu intenzjonat tagħha għat-tip ta' traffiku (ferrovija ta' distanza twila, vetturi suburbani, servizzi tal-vjaġġaturi, eċċ.) inklużi l-veloċità intenzjonata u l-veloċità tad-disinn massima, inklużi pjanijiet ġenerali, dijagrammi u dejta neċessarja għal reġistri, pereżempju it-tul tal-vettura, l-arranġament tal-fus, l-ispazjar tal-fus, il-massa għal kull unità, eċċ.

1.2

Struzzjonijiet u rekwiżiti tal-manutenzjoni

 

1.2.1

Struzzjonijiet tal-manutenzjoni

Manwali u fuljetti ta' manutenzjoni, inklużi rekwiżiti meħtieġa sabiex jinżamm il-livell tas-sikurezza tad-disinn tal-vettura Kwalunkwe kwalifika professjonali, jiġifieri ħiliet li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tat-tagħmir

1.2.2

Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni

Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni jispjega kif l-attivitajiet ta' manutenzjoni huma definiti u mfassla sabiex jiżguraw li l-karatteristiki tal-vetturi ferrovjarji jinżammu fil-limiti permissibbli ta' użu matul iż-żmien li fih jibqgħu jintużaw.

1.3

Struzzjonijiet u dokumentazzjoni għat-tħaddim

 

1.3.1

Struzzjonijiet għat-tħaddim tal-vetturi f'moduli normali u degradati

 

1.4

Rekwiżit nazzjonali għall-ittestjar

Dan il-parametru għandu jindirizza r-regoli (jekk jeżistu) għall-ittestjar.

2

Struttura u partijiet mekkaniċi

 

2.1

Struttura tal-vettura

 

2.1.1

Saħħa u integrità

Rekwiżiti tas-saħħa mekkanika tal-karrozzerija, il-qafas ta' taħt, is-sistemi tas-sospensjoni, it-tagħmir li jiknes il-binarji u l-moħriet tas-silġ. Is-saħħa mekkanika ta' oġġetti separati f'din il-lista bħall-bogie/tagħmir tal-moviment, il-kaxxa tal-fus, is-sospensjoni, ix-xaft tal-fus, ir-rota, il-berings tal-fus u l-pantografu għandhom jiġu ddefiniti b'mod separat.

2.1.2

Kapaċità tat-tagħbija

 

2.1.2.1

Kundizzjonijiet tat-tagħbija u massa miżuna

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija u l-massa miżuna huma prinċipalment kwistjoni operazzjonali (li jirreferu għall-klassi tal-linja). Il-parametru jirreferi għall-fehim tas-sistema tal-massa, biex ikun żgurat li l-massa u l-kalkoli tat-tagħbija jinftiehmu bl-istess mod. Il-kapaċità tat-tagħbija hija kwistjoni operazzjonali, madankollu l-kundizzjoni tat-tagħbija massima għandha tkun konsistenti mad-disinn tal-vettura (is-saħħa tal-istruttura).

2.1.2.2

Tagħbija fuq il-fusijiet u tagħbija fuq ir-roti

It-tagħbija fuq il-fusijiet u t-tagħbija fuq ir-rota huma prinċipalment kwistjoni operazzjonali (li jirreferu għall-klassi tal-linja). Il-parametru jirreferi għall-fehim tas-sistema tal-massa, biex ikun żgurat li l-massa u l-kalkoli tat-tagħbija jinftiehmu bl-istess mod. (pereżempju Tagħbija minima u massima tal-fus).

Jirreferu għall-parametru 3.3 għas-saħħa strutturali tal-fusien u r-roti.

2.1.3

Teknoloġija tal-immuntar

Rekwiżiti għall-ġonot tal-immuntar u t-teknoloġiji tal-immuntar (welding, inkullar, invitar, ibboltjar …).

2.1.4

Irfigħ u ġġekkjar

Rekwiżiti speċjali għad-disinn tal-vettura għall-irfigħ, l-iġġekkjar u l-bdil tal-binarji, il-kapaċità tal-karrozzerija li tirreżisti deformazzjonijiet li jdumu, kif ukoll il-ġeometrija u l-post tal-punti tal-irfigħ.

Mhux inklużi huma l-istruzzjonijiet tal-irfigħ u l-bdil tal-binarji; għaldaqstant ara l-kapitolu 1.

2.1.5

It-twaħħil ta' tagħmir mal-istruttura tal-karrozzerija

Pereżempju għal partijiet li fuqhom isir il-welding, anki għal tagħmir fiss fiż-żoni tal-passiġġieri.

2.1.6

Konnessjonijiet użati bejn partijiet differenti tal-vettura

Pereżempju sistema tal-konnessjoni/sospensjoni/smorzament bejn pereżempju bejn il-karrozzerija u l-bogie jew fil-kaxxa tal-fus u l-qafas tal-bogie.

2.2

Akkoppjaturi/sistemi ta' akkoppjament

 

2.2.1

Akkoppjament awtomatiku

Rekwiżiti u tipi aċċettati ta' sistemi awtomatiċi ta' akkoppjament. Dan il-parametru jqis is-sistemi elettriċi, mekkaniċi u pnewmatiċi.

2.2.2

Karatteristiċi tal-akkoppjament tas-salvataġġ

Rekwiżiti għall-adattaturi tal-akkoppjament li jagħmlu sistemi differenti ta' akkoppjament kompatibbli; f'moduli normali u degradati (pereżempju akkoppjatur tas-salvataġġ).

2.2.3

Akkoppjament konvenzjonali tal-invitar u sistemi oħra tal-akkoppjament mhux awtomatiċi

Rekwiżiti għal sistemi ta' akkoppjament konvenzjonali bil-kamin kif ukoll sistemi oħra ta' akkoppjament mhux awtomatiċi (pereżempju akkoppjamenti interni semipermanenti), il-komponenti tagħhom u l-interazzjoni tagħhom.

Inkluż: apparat tal-ġbid, ganċ tal-ġbid, sospensjoni tal-apparat tal-ġbid.

Esklużi: ilqugħ għall-waqfien u sistemi ta' lqugħ għall-waqfien (għaldaqstant ara l-parametru 2.2.4 ‘Ilqugħ għall-waqfien’), kif ukoll il-konnessjonijiet tal-arja, il-brejk, l-enerġija u l-kontroll.

2.2.4

Ilqugħ għall-waqfien

Rekwiżiti għall-ilqugħ għall-waqfien u sistemi tal-ilqugħ għall-waqfien b'rabta mal-akkoppjament tal-vetturi, inkluż l-immarkar tal-ilqugħ għall-waqfien.

2.2.5

Passarelli

Rekwiżiti li jikkonċernaw passarelli li jippermettu lin-nies (staff jew passiġġieri) li jibdlu bejn vetturi akkoppjati.

2.3

Sikurezza passiva

Rekwiżiti dwar is-sikurezza passiva tal-vetturi f'ħabta ma' ostakli (pereżempju r-reżistenza għall-ħabtiet, eċċ.).

Inklużi, pereżempju id-difletturi tal-ostakli, il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-veloċità, l-ispazju tas-sopravivenza u l-integrità strutturali taż-żoni okkupati, it-tnaqqis tar-riskju tad-deraljament u l-irkib żejjed, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju, l-aċċessorji tal-intern għas-sikurezza passiva. Referenza għal xenarji ta' ħbit, spazju tas-sopravivenza u integrità strutturali taż-żoni okkupati, it-tnaqqis tar-riskju tal-irkib żejjed u tad-deraljament, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju.

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ilqugħ tal-binarji għall-protezzjoni tar-roti minn oġġetti barranin u ostakli fuq il-binarji. Jirreferi għal: l-għoli tat-tarf t'isfel tal-ilqugħ tal-binarji fuq il-binarju tal-pjan, forza minima tal-lonġitudni mingħajr deformazzjoni permanenti. Ma jittrattax il-moħriet tas-silġ.

3

Interazzjoni mal-binarji u daqsijiet (gauging)

 

3.1

Sagoma tal-vettura

Jirreferi għar-rekwiżiti kollha konnessi mas-sagoma tal-vettura/il-profil tal-vettura. Biex tħabbar is-sagomi kinematiċi aċċettati tal-vettura, inkluża s-sagoma tal-pantografu.

3.2

Dinamiċi tal-vettura

 

3.2.1

Sikurezza waqt il-moviment u d-dinamika

Rekwiżiti dwar l-imġiba tat-tħaddim u s-sikurezza tat-tħaddim tal-vettura.

Hemm inklużi: it-tolleranza tal-vettura għal distorzjoni tal-binarji, it-tħaddim fuq binarji milwija jew mgħawġa, it-tħaddim sikur fuq punti ta' binarji u fuq binarji traversati, eċċ.

3.2.2

Koniċità ekwivalenti

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-valuri tal-koniċità ekwivalenti li għandhom jiġu rispettati.

3.2.3

Profil u limiti tar-roti

Rekwiżiti għal profili tar-rota b'rabta mas-sistema(i) tal-binarji; biex tħabbar profili tar-roti aċċettati (pereżempju S1002 hija aċċettata b'mod ġenerali).

3.2.4

Parametri tal-kompatibbiltà tat-tagħbija tal-binarji

Pereżempju forza dinamika tar-rota, forzi tar-rota eżerċitati fuq il-binarji (forza kważi statika tar-rota, forza laterali dinamika totali massima, forza gwida kważi statika) inkluża l-aċċellerazzjoni vertikali.

3.2.5

Raġġ minimu ta' kurva orizzontali, raġġ vertikali ta' kurva konkava, raġġ ta' kurva konvessa

Il-kapaċità mekkanika ta' vettura li tgħaddi minn kurva orizzontali ta' raġġ definit.

Il-valur tar-raġġ kurva minimali vertikali konvessa (tumbata) u kkonkava (bieqja) tal-binarju li għandu jiġi nnegozjat mill-vetura għandu jitħabbar; kundizzjonijiet (pereżempju vettura akkoppjata/mhux akkoppjata).

3.3

Bogies/tagħmir tal-moviment

 

3.3.1

Bogies

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn u s-saħħa tal-bogie kif ukoll id-disinn ġenerali tal-bogie.

3.3.2

Sett tar-roti (sħaħ)

Rekwiżiti dwar it-tagħqid tal-komponenti (xaft tal-fus, roti, berings, kaxxi tal-fusien, komponenti tal-ġbid …), it-tolleranzi, l-impedanza bejn ir-roti.

Mhux inklużi: rekwiżiti dwar is-saħħa u l-kalkolu tas-saħħa tax-xaft tal-fus, ir-roti, il-berings, il-komponenti tal-ġbid u dwar l-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv.

3.3.3

Rota

Rekwiżiti dwar ir-rota (pereżempju s-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjali, il-metodu tal-manifattura, l-istat tat-tensjoni mekkanika interna, il-ħruxija tas-superfiċe, il-protezzjoni/kisja taż-żebgħa tas-superfiċe, l-immarkar, il-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv).

Fil-każ ta' roti bit-tajer: rekwiżiti dwar tajers tar-roti, it-tagħqid u t-twaħħil mal-karrozzerija, l-immarkar.

Għall-profil u l-limiti tar-rota ara 3.2.3

3.3.4

Sistemi li jinfluwenzaw l-interazzjoni rota/binarju

Rekwiżiti għas-sistemi kollha mmuntati fuq vettura li għandhom influwenza fuq l-interazzjoni rota/binarji bħal-lubrikant tal-flanġ tar-rota, ir-rekwiżiti tal-interazzjonijiet taċ-ċaqliq ta' fuq/kundizzjoni bl-użu li ġejjin mit-trazzjoni, l-ibbrejkjar, ħlief għas-sistema tat-trammil. Il-kompatibbiltà ma' tagħmir CCS ta' maġenb il-binarji hija koperta għall-EMC mill-parametru 8.4.2 u għal rekwiżiti oħra ta' kompatibbiltà permezz tal-parametri 12.2.4.

3.3.5

Sistema ta' trammil

 

3.3.6

Berings tas-sett tar-roti

Rekwiżiti dwar berings tas-sett tar-roti (pereżempju is-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjal, il-metodu ta' manifattura).

3.3.7

Xaft tal-fus

Rekwiżiti dwar ix-xaft tal-fus (pereżempju s-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjal, il-ħruxija tal-wiċċ, il-ħruxija tas-superfiċe, il-protezzjoni/kisja taż-żebgħa, l-immarkar, il-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv).

3.3.8

Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-bering tal-fus

Il-parametru jkopri l-kaxxa tal-fus u l-kaxxa tal-fus sħun (‘HABD’) (HABD abbord u interfaċċi b'detratturi ta' mal-ġenb tal-binarji).

3.4

Limitu ta' aċċellerazzjoni massima lonġitudinali pożittiva u negattiva

Limitu ta' aċċellerazzjoni minħabba forzi lonġitudinali tal-binarji massimi ammissibbli.

4

Ibbrejkjar

 

4.1

Rekwiżiti funzjonali għall-ibbrejkjar fil-livell tal-ferrovija

Jirreferi għad-disponibbiltà ta' funzjonalitajiet bażiċi tal-ibbrejkjar (is-sistema tal-ibbrejkjar normali, l-ibrejkjar ta' emerġenza, il-funzjoni ta' bbrejkjar tal-ipparkjar) u l-karatteristiċi tas-sistema prinċipali tal-brejk (l-awtomatiċità normali, il-kontinwità, l-ineżawribbiltà).

4.2

Rekwiżiti tas-sikurezza għall-ibbrejkjar tal-ferrovija

 

4.2.1

L-affidabbiltà tal-funzjonalità tas-sistema ewlenija tal-ibbrejkjar

Rekwiżit li jikkonċerna r-rispons sikur tas-sistema tal-brejk biex tkun provduta il-forza tal-ibbrejkjar mistennija wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk ta' emerġenza.

4.2.2

L-affidabbiltà tal-lokkjatura tat-trazzjoni/tal-ibbrejkjar

Rekwiżit li l-isforz trattiv ikun inibit b'mod sikur wara l-attivazzjoni ta' kmand tal-ibbrejkjar ta' emerġenza.

4.2.3

L-affidabbiltà tad-distanza tal-waqfien

Rekwiżit li jikkonċerna l-konformità mad-distanza tal-waqfien ikkalkulata wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk ta' emerġenza.

4.2.4

L-affidabbiltà ta' brejk tal-ipparkjar

Rekwiżit li jikkonċerna r-rispons sikur tas-sistema tal-brejk tal-ipparkjar biex il-vettura tibqa' wieqfa f'ċirkustanzi kkalkulati wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk tal-ipparkjar.

4.3

Sistema tal-brejk — Arkitettura rikonoxxuta u standards assoċjati

Referenza għal soluzzjonijiet eżistenti, pereżempju s-sistema ta' bbrejkjar tal-UIC (Union International des Chemins de fer).

4.4

Kmand tal-brejk

 

4.4.1

Kmand tal-brejk ta' emerġenza

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar ta' emerġenza, pereżempju id-disponibbiltà ta' tagħmir kmand ta' brejk ta' emerġenza indipendenti, l-ispeċifikazzjoni tad-dehra ta' tagħmir tal-kmand ta' brejk ta' emerġenza, il-kapaċità tat-tagħmir tal-kmand ta' brejk ta' emerġenza li jillokkja fuqu nnifsu, il-kapaċità tal-attivazzjoni ta' brejk ta' emerġenza mis-sistema abbord ta' kmand tal-kontroll u ta' sinjalazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-brejk tal-emerġenza wara l-attivazzjoni.

4.4.2

Kmand ta' bbrejkjar tas-servizz

Rekwiżiti dwar kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz, pereżempju speċifikazzjonijiet għall-adattament tal-forza tal-ibbrejkjar mill-kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz, ir-rekwiżit ta' kmand ta' bbrejkjar tas-servizz wieħed biss disponibbli u l-possibbiltà li l-funzjoni ta' bbrejkjar tas-servizz tal-kmand(ijiet) ta' bbrejkjar tas-servizz l-oħrajn jiġu iżolati, it-twaqqif awtomatiku tal-isforz ta' trazzjoni kollu mill-kmand ta' bbrejkjar tas-servizz.

4.4.3

Kmand ta' bbrejkjar dirett

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar dirett.

4.4.4

Kmand ta' bbrejkjar dinamiku

Rekwiżiti dwar il-kmand ta'bbrejkjar dinamiku, pereżempju l-possibbiltà tal-użu indipendenti u/jew kombinat tal-brejk dinamiku minn/ma' sistemi ta' brejk oħra, il-possibbiltà li l-applikazzjoni tal-brejk riġenerattiv tkun inibita.

4.4.5

Kmand ta' bbrejkjar għall-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar tal-ipparkjar, pereżempju l-kundizzjonijiet li fihom il-kmand tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandu jkun kapaċi japplika u/jew jirrilaxxa l-brejk tal-ipparkjar.

4.5

Prestazzjoni tal-brejkijiet

 

4.5.1

Prestazzjoni tal-brejk ta' emerġenza

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar ta' emerġenza, pereżempju il-ħin ta' rispons, id-deċelerazzjoni, id-distanza tal-waqfien, il-moduli li għandhom jiġu kkunsidrati (normali/degradati).

Esklużi: l-isfruttament tal-adeżjoni rota-binarju (ara l-parametru 4.6.1).

4.5.2

Prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-servizz

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-servizz, pereżempju il-livell u l-limitu tal-prestazzjoni massima tal-ibbrejkjar tas-servizz.

4.5.3

Kalkoli b'rabta mal-kapaċità termali

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kalkoli b'rabta mal-kapaċità termali, kemm fuq ir-roti kif ukoll it-tagħmir tal-brejkijiet, pereżempju xenarji u kundizzjonijiet ta' tagħbija li għandhom jiġu applikati, is-sekwenza ta' applikazzjonijiet tal-brejk li għandhom jitqiesu, il-pendil massimu tal-linja, it-tul u l-veloċità tat-tħaddim assoċċjati.

4.5.4

Prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar, pereżempju il-kundizzjoni tat-tagħbija, il-pendil tal-binarju ewlieni.

4.5.5

Kalkoli tal-prestazzjoni tal-brejk

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kalkolu tal-prestazzjoni tal-brejk, pereżempju id-dijametri tar-roti applikabbli, il-kundizzjonijiet tat-tagħbija, il-koeffiċjenti ta' frizzjoni, il-moduli ta' kontroll.

4.6

Ġestjoni tal-adeżjoni tal-ibbrejkjar

 

4.6.1

Limitu tal-profil ta' adeżjoni rota-binarju

Rekwiżiti dwar il-limitazzjoni tal-profil ta' adeżjoni rota-binarju, pereżempju l-koeffiċjenti mmirati ta' frizzjoni tad-disinn biex jillimitaw l-isfruttament tal-adeżjoni rota-binarju għall-protezzjoni miż-żerżiq tar-roti, il-konfigurazzjonijiet tar-rota li għandhom jitqiesu, id-dijametru tar-rota u l-kundizzjonijiet tat-tagħbija li għandhom jitqiesu.

4.6.2

Sistema ta' protezzjoni miż-żerżiq tar-roti (WSP — wheel side protection system)

Rekwiżiti dwar il-protezzjoni miż-żerżiq tar-roti (WSP), pereżempju għal liema vetturi/konfigurazzjonijiet ta' vettura hija obbligatorja sistema ta' WSP, rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tas-sistema WSP, relevanza għas-sikurezza.

4.7

Ħolqien tal-forza tal-ibbrejkjar

 

4.7.1

Komponenti tal-brejk tal-frizzjoni

 

4.7.1.1

Blokok tal-brejkijiet

 

4.7.1.2

Diski tal-brejkijiet

 

4.7.1.3

Peds tal-brejkijiet

 

4.7.2

Brejk dinamiku konness mat-trazzjoni

Aċċettazzjoni u r-rekwiżiti ta' bbrejkjar ta' emerġenza bl-użu ta' brejk dinamiku li jkun marbut ma' sistema ta' trazzjoni, pereżempju ir-rekwiżiti għad-disponibbiltà, ir-restrizzjonijiet, eċċ.

4.7.3

Brejk manjetiku tal-binarji

Rekwiżiti dwar il-brejkijiet manjetiċi tal-binarji, pereżempju każijiet ta' tħaddim permessi, karatteristiċi ġeometriċi tal-element manjetiku, il-mod tal-immuntar (miżmum mill-għoli/baxx)

4.7.4

Brejk tal-binarju b'belligħat żgħar tal-kurrent

Rekwiżiti dwar il-brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrent fuq il-binarji, pereżempju każijiet fejn huwa permess l-użu, il-limitazzjonijiet għall-użu tiegħu.

4.7.5

Brejk tal-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-produzzjoni ta' forza tal-brejk tal-brejkijiet tal-ipparkjar, il-provvista tal-enerġija meħtieġa biex iħaddmuh (issettjar/rilaxx).

4.8

Indikazzjoni tal-istat tal-brejk u tal-ħsara

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-indikazzjoni l-istatus tal-brejk lix-xufier/lill-istaff, pereżempju id-disponibbiltà tal-enerġija tal-brejkijiet, l-istatus tal-brejk tad-diversi sistemi tal-brejkijiet.

4.9

Rekwiżiti tal-brejk għall-għanijiet ta' salvataġġ

Rekwiżiti dwar il-kapaċità ta' sistemi tal-brejk rigward is-salvataġġ ta' ferrovija/vettura, pereżempju l-opportunità għar-rilaxx u l-iżolament tal-brejkijiet kollha, il-kontrollabbiltà tas-sistema tal-brejk tal-ferrovija/vettura salvata minn vetturi oħra, il-kompatibbiltà ma' tipi oħra ta' brejk f'modulu degradat. Għal skopijiet ta' salvataġġ ta' ferrovija/vettura, normalment hija meħtieġa l-opportunità biex jiġu rilaxxati u iżolati l-brejkijiet kollha.

5

Elementi b'rabta mal-passiġġieri

 

5.1

Aċċess

 

5.1.1

Bibien esterni

Jinkludi rekwiżiti għal sistemi ta' llukkjar tal-bibien, tarġiet u spazji għall-aċċess għall-vettura għal bibien esterni tal-passiġġieri.

5.1.2

Tagħmir ta' għajnuna li jgħin lill-passiġġieri jitilgħu fuq il-ferrovija

Jirreferi għal speċifikazzjonijiet tekniċi ta' tagħmir li jista' jkun abbord biex jiffaċilita l-aċċess/l-iżbark għall-passiġġieri għall-/mill-vettura.

5.2

Il-vetturi minn ġewwa

 

5.2.1

Bibien interni

Rekwiżiti dwar id-disinn tal-bibien interni.

5.2.2

Bibien għaċ-ċirkulazzjoni interna

Bibien f'konnessjoni bejn il-vetturi li jistgħu jiġu f'tarf il-ferrovija.

5.2.3

Passaġġ żgumbrat

Aċċess liberu għall-bibien (il-wisa' u l-għoli) ta' wesgħa fil-vettura biex il-passiġġier ikun jista' jkollu aċċess ħieles għall-faċilitajiet kollha (b'rabta wkoll ma' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa).

5.2.4

Bidliet fl-għoli tal-art

Rekwiżiti dwar bidliet fl-għoli tal-art fil-vetturi tal-passiġġieri.

Esklużi: l-għoli u l-ispazju bejn it-tarġiet għall-aċċess mill-vettura għall-bibien esterni (ara 5.1.1).

5.2.5

Dawl ta' ġewwa

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-dawl b'rabta mal-passiġġeri (mhux dawl tat-tagħmir tekniku u dawl tas-sinjali jew dawl ta' emerġenza li huwa kopert mill-parametru 10.2.4).

5.3

Poġġamani

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-poġġamani għall-użu mill-passiġġieri fuq ġewwa/barra tal-vettura (l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, fejn għandhom jintużaw).

5.4

Twieqi

Rekwiżiti li jikkonċernaw it-twieqi (twieqi li jagħtu għall-barra ta' vettura), pereżempju karatteristiċi mekkaniċi.

Oġġetti esklużi:

windskrin fil-kabina ara l-parametru 9.1.3;

twieqi fuq ġewwa tal-vettura;

sikurezza min-nar, ħruġ ta' evakwazzjoni u ta' emerġenza (ara l-parameteri 10.2.1).

5.5

Tojlits

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn u t-tagħmir tat-tojlits (anki b'rabta mal-użu minn persuni b'mobbiltà mnaqqsa). Pereżempju l-ispazji interni, l-aċċess, is-sejħiet ta' emerġenza, ir-rekwiżiti iġeniċi. Inkluża l-ħtieġa u d-disinn ta' tojlits għall-istaff.

Esklużi: emissjonijiet tat-tojlit (ara l-parametru 6.2.1.1).

5.6

Sistemi tat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-kundizzjonament tal-arja.

Pereżempju l-kwalità tal-arja interna, ir-rekwiżit f'każ ta' nirien (tifi).

5.7

Informazzjoni dwar il-passiġġieri

 

5.7.1

Sistema għall-avviżi lill-pubbliku

Dan il-parametru huwa meqjus bħala rekwiżit għal komunikazzjoni min naħa waħda. Għal komunikazzjoni mill-passiġġieri lill-istaff ara l-parametru 10.2.3 ‘Alarm tal-passiġġieri’.

5.7.2

Sinjali u informazzjoni

Rekwiżiti li jikkonċernaw sinjali, pittogrammi u test muri. Inklużi struzzjonijiet tas-sikurezza għall-passiġġieri u sinjali tal-emerġenza għall-passiġġieri.

6

Kundizzjonjiet ambjentali u effetti ajrudinamiċi

 

6.1

Impatt tal-ambjent fuq il-vettura

 

6.1.1

Kundizzjonijiet ambjentali li jaffetwaw il-vettura

 

6.1.1.1

Altitudni

Tirreferi għall-medda tal-altitudni li għandha titqies għall-vetturi.

6.1.1.2

Temperatura

Tirreferi għall-firxa ta' temperaturi li għandhom jitqiesu għall-vetturi.

6.1.1.3

Umdità

 

6.1.1.4

Xita

 

6.1.1.5

Silġ, borra u xita balal

Rekwiżiti għall-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-vetturi kawża tas-silġ, borra u xita balal. Liema kundizzjonijiet tal-‘silġ, borra u xita balal’ iridu jitqiesu, xenarji bħall-munzelli tal-borra, il-borra friska ħafifa, l-inżul ta' kwantitajiet kbar ta' borra ħafifa b'ekwivalenti ta' kontenut ta' ilma baxx, għandhom jitqiesu l-varjazzjonijiet fit-temperatura u l-umdità tul vjaġġ wieħed li jikkawżaw il-ġmiegħ tal-borra. Biex jiddefinixxi jekk hijiex meħtieġa l-kapaċità li titneħħa l-borra quddiem il-ferrovija. Biex jikkunsidraw il-konsegwenza possibbli ta' borra/silġ fuq l-istabbiltà waqt il-vjaġġ, il-funzjoni tal-brejk u l-provvista tal-enerġija tal-brejk, il-ħtiġijiet għat-tagħmir tal-windskrin, klima aċċettabbli għall-ħidma għax-xufier.

6.1.1.6

Radjazzjoni mix-xemx

 

6.1.1.7

Reżistenza għat-tniġġis

Effetti tat-tniġġis li għandhom jitqiesu, pereżempju minn sustanzi kimikament attivi, fluwidi kontaminati, sustanzi bijoloġikament attivi, trab, ġebel, saborra u oġġetti oħra, ħaxix u weraq, għabra tad-dakra, insetti li jtiru, fibri, ramel u raxx tal-baħar.

6.1.2

Effetti ajrudinamiċi fuq il-vettura

 

6.1.2.1

Effetti tar-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar

Jirreferi għall-impatt fuq it-tagħmir u l-funzjonijiet tal-vettura minħabba riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar. Karatteristiċi tar-riħ (pereżempju veloċità tar-riħ) li għandhom jitqiesu fid-disinn tal-vetturi ferrovjarji biex jiżguraw is-sigurtà, il-funzjonalità u l-integrità.

6.1.2.2

Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini

Impatt minħabba bidliet rapidi fil-pressjoni bid-dħul f'mini, l-ivvjaġġar f'mini u l-ħruġ minn mini.

6.2

Impatt tal-vettura fuq l-ambjent

 

6.2.1

Emissjonijiet esterni

 

6.2.1.1

Emissjonijiet tat-tojlit

Emissjonijiet tat-tojlit fl-ambjent estern.

6.2.1.2

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost fl-ambjent estern (ara wkoll il-parametru 8.6).

6.2.1.3

Emissjonijiet ta' kimiki u partikuli

Emissjonijiet oħrajn/tixrid mill-vettura bħal tnixxija ta' żejt u griż, lubrikazzjoni tal-flanġ, fjuwil eċċ.

6.2.2

Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju

 

6.2.2.1

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tkun wieqfa

Impatt tal-istorbju meta l-ferrovija tkun wieqfa kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.2.2

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tistartja

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tistartja kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.2.3

Impatt tal-istorbju mal-moviment

Impatt tal-istorbju mal-moviment tal-ferrovija kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.3

Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi

Impatt ajrudinamiku tat-tagħbija, pereżempju fuq in-nies fuq pjattaformi u fuq il-linja miftuħa.

6.2.3.1

Skossi ta' pressjoni mill-parti ta' quddiem tal-ferrovija

Effett ta' skossi ta' pressjoni kkawżati mill-parti ta' quddiem tal-ferrovija mal-ġenb tal-binarji.

6.2.3.2

Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma

Disturbi ajrudinamiċi fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma inklużi metodi tal-valutazzjoni u kundizzjoniet tat-tagħbija operattivi.

6.2.3.3

Impatt ajrudinamiku fuq il-ħaddiema tal-binarju

Disturb ajrudinamiku għall-ħaddiema tal-binarji.

6.2.3.4

Ġbir u proġettazzjoni ta' saborra fi proprjetà li tinsab fil-viċin

Jistgħu jirreferu anki għall-ġbir tas-silġ.

7

Twissija esterna, sinjalazzjoni, funzjonijiet tal-immarkar u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer

 

7.1

Integrità tas-softwer imħaddem għal funzjonijiet b'rabta mas-sikurezza

Rekwiżiti dwar l-integrità tas-softwer b'rabta ma' funzjonijiet relatati mas-sikurezza b'impatt fuq l-imġiba tal-ferrovija, pereżempju l-integrità tas-softwer tal-bus tal-ferrovija.

7.2

Identifikazzjoni viżiva u li tinstema' tal-vettura u funzjonijiet tat-twissija

 

7.2.1

Immarkar tal-vettura

Immarkar tal-vettura jirreferi għall-informazzjoni operazzjonali u teknika għall-istaff ferrovjarju, jista' jkun kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-vettura.

7.2.2

Dawl estern

 

7.2.2.1

Fanali ta' quddiem

‘Fanali ta' quddiem’ tirreferi għall-funzjonalità li x-xufier jingħata biżżejjed viżibbiltà quddiem il-ferrovija. Dan jista' jkun żgurat bl-użu tal-istess tagħmir fiżiku użat għad-dawl li jimmarka jew b'tagħmir addizzjonali.

7.2.2.2

Dawl li jimmarka

Id-‘dawl li jimmarka’ huwa dwal li jinsab fuq in-naħa ta' quddiem ta' ferrovija u li għandu l-funzjonalità ta' sinjalazzjoni tal-parti ta' quddiem ta' ferrovija. Għadd ta' aspetti tas-sinjalazzjoni għas-sinjalazzjoni tal-parti ta'quddiem ta' ferrovija f'ċirkostanzi differenti (pereżempju vjaġġi fuq binarji opposti tal-linja, ferrovija f'sitwazzjoni ta' emerġenza, eċċ.) huma possibbli.

7.2.2.3

Sinjal f'tarf il-ferrovija

Rekwiżiti li jikkonċernaw tagħmir li jista' juri sinjal viżiv f'tarf il-ferrovija (pereżempju dawl aħmar).

Esklużi: brekits għall-immuntar ta' sinjali f'tarf il-ferrovija, ara l-parametru 7.2.4.

7.2.2.4

Kontrolli tal-fanali

 

7.2.3

Sistemi ta' sinjali li jinstemgħu

Rekwiżiti li jikkonċernaw sistemi ta' sinjalazzjoni li jinstemgħu mmuntati fuq il-vetturi (pereżempju ħorn ta' twissija). Jirreferu għal:

it-toni tal-ħorn ta' twissija;

il-livell ta' pressjoni akustika tal-ħorn ta' twissija (barra l-kabina, għal-livell ta' ħoss intern ara l-parametru 9.2.1.2);

protezzjoni tat-tagħmir;

kontroll tat-tagħmir;

verifika tal-livelli ta' pressjoni akustika.

7.2.4

Brekits

Rekwiżiti għall-mezzi meħtieġa biex jiġi mmuntat/imwaħħal tagħmir ta' sinjalazzjoni estern għall-vettura (pereżempju sinjali f'tarf il-ferrovija, fanali ta' sinjalazzjoni, bnadar).

8

Sistemi ta' provvista u ta' kontroll tal-elettriku abbord

 

8.1

Rekwiżiti għal prestazzjoni tat-trazzjoni

Prestazzjoni meħtieġa għat-trazzjoni bħal pereżempju l-aċċelerazzjoni, il-kontroll ta' adeżjoni tat-trazzjoni tar-roti/tal-binarji, eċċ.

8.2

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika b'rabta mal-interfaċċa bejn il-vettura u s-subsistema tal-enerġija

 

8.2.1

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika marbuta mal-provvista tal-elettriku

 

8.2.1.1

Rekwiżiti speċifiċi għall-provvista tal-enerġija

Rekwiżiti speċifiċi għall-provvista tal-enerġija pereżempju il-fattur tal-potenza, is-sensittività tas-sistema ta' protezzjoni abbord.

8.2.1.2

Il-vultaġġ u l-frekwenza tal-provvista tal-elettriku tal-linja tal-kuntatt fl-għoli

 

8.2.1.3

Ibbrejkjar riġenerattiv

 

8.2.1.4

Potenza massima u kurrent massimu tal-ferrovija li huma permessibbli li jinġibdu mil-linja tal-kuntatt fl-għoli

Inkluż il-kurrent massimu waqt waqfa.

8.2.2

Parametri funzjonali u tad-disinn tal-pantografu

 

8.2.2.1

Disinn ġenerali tal-pantografu

 

8.2.2.2

Ġeometrija tar-ras tal-pantografu

 

8.2.2.3

Forza tal-kuntatt tal-pantografu (inklużi l-forza tal-kuntatt statiku, l-imġiba dinamika u l-effetti ajrudinamiċi)

Inkluża l-kwalità tal-qbid ta' kurrent.

8.2.2.4

Firxa ta' ħidma tal-pantografi

 

8.2.2.5

Kapaċità attwali tal-pantografu inkluża l-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.2.6

Arranġament tal-pantografi

 

8.2.2.7

Iżolament tal-pantografu mill-vettura

 

8.2.2.8

Tniżżil tal-pantografu

 

8.2.2.9

Passaġġ minn sezzjoni ta' separazzjoni ta' fażijiet jew ta' sistemi

 

8.2.3

Parametri funzjonali u disinn tal-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.1

Ġeometrija tal-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.3.2

Materjal tal-istrixxi ta' kuntatt

 

8.2.3.3

Valutazzjoni tal-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.3.4

Detezzjoni ta' ksur fl-istrixxa ta' kuntatt

 

8.3

Provvista tal-enerġija elettrika u sistema tat-trazzjoni

 

8.3.1

Kejl tal-konsum tal-enerġija

 

8.3.2

Rekwiżiti għal installazzjonijiet elettriċi abbord vettura ferrovjarja

 

8.3.3

Komponenti ta' vultaġġ għoli

 

8.3.4

Ertjar

 

8.4

Kompatibbiltà elettromanjetika (EMC — electromagnetic compatibility)

 

8.4.1

EMC fil-vettura

Emissjonijiet kondotti u livelli ta' immunità għal tagħmir abbord, kamp manjetiku għall-esponiment tal-bniedem fil-vetturi ferrovjarji (pereżempju limiti ta' esponiment uman).

8.4.2

EMC bejn il-vettura u s-sistema ferrovjarja

 

8.4.2.1

Kurrenti massimi

 

8.4.2.1.1

Il-kurrent tar-ritorn ferrovjarju

Interferenza fil-kurrent fil-punt ta' konnessjoni san-netwerk ta' provvista tal-enerġija ferrovjarja — il-livell tal-pantografu/tal-istrixxant (shoegear).

8.4.2.1.2

Kurrent tal-interferenza tal-kejbil tat-tisħin

Kurrent tal-interferenza minħabba t-tisħin fit-Trazzjoni tad-diżil.

8.4.2.1.3

Kurrent tal-interferenza taħt il-vettura

Kurrenti tal-interferenza li jiċċirkulaw taħt il-vettura bejn il-fusien u prinċipalment prodotti minn tagħmir abbord.

8.4.2.1.4

Karatteristiċi armoniċi u vultaġġ żejjed relatati fil-linja ta' kuntatt tal-linja tal-kuntatt fl-għoli

Rekwiżiti tal-vettura b'rabta mal-armoniċi massimi u s-sopravultaġġi relatati fil-linja ta' kuntatt fl-għoli.

8.4.2.1.5

Effetti tal-kontenut DC fil-provvista AC

Rekwiżiti tal-vettura b'rabta mal-komponent massimu DC fi provvista tal-enerġija AC.

8.4.2.2

Kampijiet elettromanjetiċi massimi/Vultaġġi indotti

 

8.4.2.2.1

Kampijiet elettromanjetiċi/Vultaġġi indotti fil-binarju/taħt il-vettura

Il-kampijiet elettromanjetiċi (jew vultaġġi indotti/ta' interferenza) fil-post tat-tagħmir tal-ferroviji (detetturi tal-kuntjaturi tal-fusien, antenni għall-ATP (Automatic Train Protection — Protezzjoni Awtomatiku tal-Ferrovija), detetturi tal-kaxxa tal-fus sħun, eċċ.).

8.4.2.2.2

Kampijiet elettromanjetiċi/Vultaġġi indotti barra l-binarju

Il-kampijiet elettromanjetiċi (jew vultaġġi indotti/ta' interferenza) b'radjijiet tax-shunt, sistemi ta' telekomunikazzjoni bi frekwenza radju tal-vettura (pereżempju radju nazzjonali jew GSM-R (Global System for Mobile communications), eċċ.

8.4.2.3

L-impedanza tad-dħul tal-vettura

L-impedanza tad-dħul għall-frekwenzi tal-ispettru ta' trazzjoni li jinfluwenzaw iċ-ċirkwiti tal-binarju tan-netwerk, pereżempju id-dħul tal-impedanza bi 50 Hz fil-każ ta' ċirkwiti tal-binarji ta' 50 Hz; l-impedanza tad-dħul biex tillimita l-kurrent massimu istantanju, pereżempju għal ċirkwiti tal-binarju DC.

8.4.2.4

Kurrent psofometriku

Kif definit fl-Anness A ta' EN 50121-3-1 Interferenza fil-linji tat-telekomunikazzjoni — Kurrenti psofometriċi.

8.4.2.5

Limiti tal-voltaġġ transversali għall-kompatibbiltà taċ-ċirkwiti tal-leħen/tad-dejta

 

8.4.3

EMC bejn il-vettura u l-ambjent

 

8.4.3.1

Kampijiet elettromanjetiċi massimi

Kamp manjetiku għall-esponiment tal-bniedem barra l-vetturi ferrovjarji (pereżempju limiti tal-esponiment tal-bniedem).

8.4.3.2

Kurrent/vultaġġ ta' interferenza indotta

 

8.4.3.3

Kurrent psofometriku

Kif definit fl-Anness A ta' EN 50121-3-1 Interferenza fil-linji tat-telekomunikazzjoni — Kurrenti psofometriċi.

8.5

Protezzjoni kontra r-riskji tal-elettriku

Rekwiżiti għall-ertjar huma meqjusa fil-parametru 8.3.4.

8.6

Rekwiżiti ta' sistemi tad-diżil u sistemi oħra ta' trazzjoni termali

Għall-‘Emissjonijiet tal-egżost tal-gass’ ara l-parametru 6.2.1.2.

8.7

Sistemi li jirrikjedu miżuri speċjali ta' monitoraġġ u protezzjoni

 

8.7.1

Tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu

Rekwiżiti speċjali għal tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu (inklużi fjuwils).

8.7.2

Sistemi ta' reċipjenti tal-pressjoni/tagħmir tal-pressjoni

 

8.7.3

Installazzjonijiet ta' bojlers li jiġġeneraw l-istim

 

8.7.4

Sistemi tekniċi f'atmosferi potenzjalment splussivi

Rekwiżiti speċjali għal sistemi tekniċi f'atmosferi potenzjalment splussivi (pereżempju gass likwidu, gass naturali u sistemi mħaddma bil-batterija, inkluż il-protezzjoni tat-tank tat-trasformatur)

8.7.5

Sistemi tal-provvista u l-kontroll idrawliċi/pnewmatiċi

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, pereżempju provvista tal-arja kumpressata, kapaċità, tip, firxa tat-temperatura, nixxiefa tal-arja (torrijiet), indikaturi tal-punt tan-nida, iżolament, karatteristiċi tad-dħul tal-arja, indikaturi tal-ħsara, eċċ.

9

Faċilitajiet, interfaċċi u ambjent tal-istaff

 

9.1

Disinn tal-kabina tax-xufier

 

9.1.1

Tqassim fuq ġewwa

Rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw it-tqassim tal-kabina minn ġewwa, bħall-qisien antropometriċi għax-xufier, il-possibbiltà tal-istaff li jiċċaqalqu fuq ġewwa tal-kabina, pożizzjonijiet tas-sewqan bilqiegħda u bilwieqfa, l-għadd tas-sits (pereżempju skont jekk it-tħaddim isirx minn bniedem wieħed jew minn tnejn).

9.1.2

Aċċess għall-kabina tax-xufier

 

9.1.2.1

Aċċess, ħruġ u bibien

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-aċċessibbiltà għal kabina tax-xufier u l-kamra tal-magna (anki passaġġi interni fuq unitajiet tal-bagoll). Rekwiżiti li jikkonċernaw bibien interni u esterni, bibien b'aċċess għall-bagoll, iż-żoni b'aċċess liberu għall-bibien, it-turġien, il-poġġamani jew il-mankijiet tal-ftuħ, it-tiskir tal-bibien, il-prevenzjoni tal-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.

9.1.2.2

Ħruġ ta' emerġenza mill-kabina tax-xufier

Kwalunkwe mezz għall-ħruġ ta' emerġenza tax-xufier jew aċċess għall-kabina mis-servizzi ta' salvataġġ (normalment il-bibien esterni, it-twieqi tal-ġnub jew il-purtell tal-ftuħ ta' emerġenza); definizzjoni taż-żoni tal-aċċess liberu tagħhom.

9.1.3

Windskrin fil-kabina tax-xufier

 

9.1.3.1

Karatteristiċi mekkaniċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-dimensjoni, il-post, ir-reżistenza għall-impatti minn projettili tal-windskrin.

9.1.3.2

Karatteristiċi ottiċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-karatteristiċi ottiċi tal-windskrin, pereżempju l-angolu bejn immaġnijiet primarji u sekondarji, id-distorsjonijiet ottiċi ta' viżjoni permessibbli, iċ-ċpar materjali, it-trażmittenza u l-kromotiċità luminużi.

9.1.3.3

Tagħmir għall-windskrin

Pereżempju it-tneħħija tas-silġ, it-tneħħija tal-fwar, tagħmir tat-tindif estern, il-protezzjoni mix-xemx eċċ.

9.1.3.4

Viżibbiltà minn quddiem/kamp ta' viżibbiltà

Definizzjoni tal-kamp ta' viżibbiltà għax-xufier għall-binarju ta' quddiemu f'relazzjoni mal-pożizzjonijiet tax-xufier. Inkluż il-firxa tat-tindif tal-wajper.

9.1.4

Ergonomija tal-console

Rekwiżiti dwar l-ergonomija fuq il-console tax-xufier, pereżempju direzzjoni tal-attivazzjoni tal-livers u l-iswiċċijiet, l-ergonomija tas-sistemi ta' emerġenza.

9.1.5

Sit tax-xufier

Rekwiżiti dwar is-sit tax-xufier (pereżempju il-qisien antropometriċi, il-pożizzjoni tas-sit sabiex jilħaq il-pożizzjoni ta' referenza tal-għajnejn għall-viżibbiltà esterna, il-possibbiltà ta' evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza, l-ergonomija u aspetti ta' saħħa b'rabta mad-disinn tas-sit, l-aġġustabbiltà tas-sit biex ix-xufier ikun jista' jsuq bilwieqfa).

9.2

Saħħa u sikurezza

 

9.2.1

Kundizzjonijiet ambjentali

 

9.2.1.1

Sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja fil-kabina tax-xufier

Pereżempju il-konċentrazzjoni permessa ta' CO2 fil-kabina, il-flussi tal-arja kkawżati mis-sistema tal-ventilazzjoni b'veloċità tal-arja li taqbeż il-valur limitu rikonoxxut biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol xieraq, il-firxiet fit-temperatura, temperaturi li jridu jintlaħqu skont ċerti ċirkustanzi ambjentali.

9.2.1.2

Storbju fil-kabina tax-xufier

Il-livell massimu ta' storbju permess fil-kabina, inkluż il-livell tal-ħoss tal-ħorn ġewwa l-kabina.

9.2.1.3

Dawl fil-kabina tax-xufier

Pereżempju il-luminożità tad-dawl, id-dawl indipendenti taż-żona tal-qari tal-console tax-xufier, il-kontroll tad-dawl, l-aġġustabbiltà tal-luminożità tad-dawl, il-kulur tad-dawl permess.

9.2.2

Rekwiżiti oħra tas-saħħa u s-sikurezza

Rekwiżiti oħra minbarra dawk fil-lista ta' parametri għall-parametru 9.2 ‘Saħħa u sikurezza’.

9.3

Interfaċċa xufier/magna

 

9.3.1

Indikazzjoni tal-veloċità

Rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistema ta' indikazzjoni tal-veloċità (preċiżjoni/tolleranzi, eċċ.).

Esklużi: reġistrazzjoni tal-veloċità koperta bil-parametru 9.6.

9.3.2

Unità u skrins tal-wiri tax-xufier

Rekwiżiti funzjonali dwar l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet mogħtija fil-kabina tax-xufier. Esklużi: L-informazzjoni u l-kmandi tal-ERTMS (European Rail Traffic Management System), inklużi dawk mogħtija fuq unità tal-wiri, huma speċifikati fil-kapitolu 12.

9.3.3

Kontrolli u indikaturi

Rekwiżiti funzjonali huma speċifikati ma' rekwiżiti oħra applikabbli għal funzjoni speċifika, fil-klawżola li tiddeskrivi dik il-funzjoni.

9.3.4

Superviżjoni tax-xufier

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-viġilanza tax-xufier, pereżempju sistema ta' viġilanza tas-sikurezza awtomatika/tagħmir tal-bniedem mejjet.

9.3.5

Viżjoni minn wara u mill-ġenb

Rekwiżiti dwar il-viżjoni minn wara u mill-ġenb: il-ftuħ tt-twieqi/tal-panils fil-ġnub f'kull naħa tal-kabina, (aċċess liberu għat-twieqi tal-ftuħ/għall-panils), mirja esterni, sistemi tal-kamera.

9.4

Immarkar u ttikkettjar fil-kabina tax-xufier

Rekwiżiti li jikkonċernaw sinjali, pittogrammi, tikkettar u test muri statistikament għall-użu tax-xufier ġewwa l-vettura (il-kabina, il-kamra tal-magna, il-kaxxa tal-kontroll). Liema informazzjoni għandha tiġi indikata fil-kabini tax-xufier (normalment Vmax, in-numru ta' trazzjoni tal-vettura, il-post fejn jinstab it-tagħmir portabbli pereżempju tagħmir għall-awtosalvataġġ, sinjali, ħruġ ta' emerġenza). L-użu ta' pittogrammi armonizzati.

9.5

Tagħmir u faċilitajiet oħra abbord għall-istaff

 

9.5.1

Faċilitajiet abbord għall-istaff

 

9.5.1.1

Aċċess tal-istaff għat-tagħmir tal-akkoppjament/diżakkoppjament

Pereżempju ir-rettangolu Berne, poġġamani taħt il-bafers.

9.5.1.2

Tarġiet esterni u poġġamani għall-istaff tax-shunt

 

9.5.1.3

Faċilitajiet tal-ħżin għall-użu mill-istaff

 

9.5.2

Bibien ta' aċċess għall-istaff u l-merkanzija

Dan il-parametru jindirizza l-bibien għall-użu għall-merkanzija ta' ekwipaġġ tal-ferrovija għajr għall-bibien tal-kabina. Pereżempju bibien mgħammra b'tagħmir tas-sikurezza biex jinfetaħ biss mill-istaff, inkluż dak inkariġat mill-forniment tal-ikel u x-xorb, anki l-bibien għall-kamra tal-magna.

Esklużi: bibien għall-użu mill-passiġġieri, bibien tal-kabina (anki passaġġi esterni fuq l-unitajiet tal-bagoll).

9.5.3

Għodda għal abbord u tagħmir portabbli

Għodod meħtieġa abbord u tagħmir portabbli, pereżempju lampa tal-idejn b'dawl aħmar u abjad, tagħmir għaċ-ċirkwit xort għaċ-ċirkwiti tal-binarji, respiratur.

Esklużi: oġġetti għal raġunijiet operazzjonali bħal pereżempju riffieda ta' immobilizzazzjoni, adattaturi tal-akkoppjament, tagħmir tal-akkoppjament għas-salvataġġ (ara l-kapitolu 2), tagħmir għat-tifi tan-nar (ara l-kapitolu 10) u ara l-kapitolu 13 ‘Rekwiżiti speċifiċi għat-tħaddim’.

9.5.4

Sistemi tal-komunikazzjoni li tinstema'

Pereżempju għal komunikazzjoni bejn: l-ekwipaġġ tal-ferrovija, jew bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija (ara l-parametru 10.2.3) u n-nies ġewwa/barra l-ferrovija (għall-allarm tal-passiġġieri ara l-parametru 10.2.3).

Esklużi: radju tal-ferrovija (ara l-kapitolu 12).

9.6

Tagħmir ta' reġistrazzjoni

Apparat tar-reġistrazzjoni għall-fini tal-monitoraġġ tal-interazzjoni bejn ix-xufier tal-ferrovija u l-ferrovija kif ukoll il-parametri tal-ferrovija. Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħmir ta' reġistrazzjoni, pereżempju liema informazzjoni għandha tiġi rreġistrata, żieda fil-ħin, il-kapaċità tal-korrelazzjoni avveniment/ħin, it-teknoloġija għall-irreġistrar.

9.7

Funzjonijiet ta' kontroll mill-bogħod mill-art

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-funzjoni tal-kontroll mill-bogħod mill-art. Normalment funzjoni ta' kontroll mill-bogħod bir-radju għall-operazzjoni tax-shunt, anki kontroll mill-bogħod b'mezzi oħra, esklużi: kontrollur tal-ferroviji riversibbli (‘push-pull’) u kontrollur tal-ferroviji bi trazzjoni doppja.

10

Sikurezza u evakwazzjoni f'każ ta' nirien

 

10.1

Il-kunċett ta' protezzjoni kontra n-nirien u miżuri ta' protezzjoni

Pereżempju l-kategorija tan-nar, il-klassifikazzjoni, il-miżuri ta' protezzjoni għal vetturi u għal partijiet tal-vettura (pereżempju il-kabina tax-xufier), proprjetajiet materjali, ilqugħ li jwaqqaf in-nar, detetturi tan-nar (inkluża l-jonizzazzjoni tad-detetturi) u t-tagħmir għat-tifi tan-nar.

10.2

Emerġenza

 

10.2.1

Il-kunċett ta' evakwazzjoni tal-passiġġieri

Rekwiżiti rigward id-disponibbiltà u d-disinn ta' ħruġ ta' emerġenza għall-passiġġieri u l-indikazzjoni tagħhom, il-limitazzjoni dwar l-għadd ta' passiġġieri għal kull vettura.

10.2.2

Informazzjoni, tagħmir u aċċess għas-servizzi ta' salvataġġ

Deskrizzjoni tal-vetturi ferrovjarji mogħtija lis-servizzi ta' salvataġġ biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw l-emerġenzi.

B'mod partikolari informazzjoni mogħtija dwar kif jinkiseb aċċess għall-intern tal-vetturi ferrovjarji.

10.2.3

Allarm tal-passiġġieri

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-allarm tal-passiġġieri, pereżempju d-disponibbiltà ta' tagħmir għall-attivazzjoni tal-allarm (post, numru), il-funzjonalità, dwar kif tiġi ssettjata mill-ġdid, il-ħolqa komunikattiva mill-passiġġier għax-xufier/għall-istaff, l-attivazzjoni tal-brejk ta' emerġenza, in-newtralizzazzjoni tal-brejk ta' emerġenza.

10.2.4

Dawl tal-emerġenza

Rekwiżiti għas-sistema tad-dawl tal-emerġenza, pereżempju għall-ħin minimu operattiv, il-livell ta' dawl/luminożità.

10.3

Kapaċitajiet operattivi ta' emerġenza

Miżuri addizzjonali għall-kapaċità tal-ivvjaġġar ta' vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri b'nar abbord.

Esklużi: in-newtralizzazzjoni tal-brejk ta' emerġenza msemmi fil-parametru 10.2.3

11

Servizzi ta' manutenzjoni

 

11.1

Faċilitajiet tat-tindif tal-ferrovija

Tindif intern u estern tal-ferrovija, pereżempju tindif estern permezz ta' impjant tal-ħasil.

11.2

Faċilitajiet tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid lill-ferrovija

 

11.2.1

Sistemi tar-rimi tal-ilma tal-iskart

Rekwiżiti dwar sistema tar-rimi tal-ilma tal-iskart, inkluża interfaċċa għas-sistema ta' rimi tal-emissjonijiet tat-tojlit. Normalment definizzjoni taż-żennuna ta' evakwazzjoni u l-konnessjoni tal-flaxing għat-tank tat-tojlit.

Esklużi: emissjonijiet tat-tojlit (ara l-parametru 6.2.1.1).

11.2.2

Sistema tal-provvista tal-ilma

Konformità ma' regolamenti sanitarji dwar il-provvista tal-ilma tax-xorb. Normalment żgurat bi speċifikazzjonijiet tal-materjal u l-kwalità tal-pajpijiet u l-issiġillar. Speċifikazzjoni ta' adattaturi tal-mili (kostitwenti tal-interoperabbiltà).

11.2.3

Faċilitajiet oħra tal-provvista

Rekwiżiti għal kwalunkwe provvisti oħra, pereżempju provvista esterna tal-enerġija għal meta l-ferroviji jieqfu bejn vjaġġ u ieħor.

11.2.4

Interfaċċa għal tagħmir tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid għal magni u vetturi ferrovjarji mhux elettriċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistema tal-għoti tal-fjuwil għall-vetturi ferrovjarji bl-użu tal-fjuwil tad-diżil, l-LPG jew kombustibbli oħrajn.

12

Kmand ta' kontroll u ta' sinjalazzjoni abbord

 

12.1

Sistema tar-radju abbord

 

12.1.1

Sistema tar-radju NON-GSM-R

Rekwiżiti għal sistemi tar-radju nazzjonali jekk l-installazzjoni fuq vettura hija obbligatorja għall-awtorizzazzjoni.

12.1.2

Sistema tar-radju konformi mal-GSM-R

 

12.1.2.1

Użu ta' oġġetti li jinġarru fl-idejn bħal radju mobbli tal-kabina

Rekwiżiti b'rabta ma' oġġetti li jinġarru fl-idejn li jissodisfaw funzjonijiet tar-radju tal-kabina. Indika hawnhekk jekk hemmx il-possibbiltà li l-oġġett li jinġarr bl-idejn 2Watt jistax jintuża u liema huma r-rekwiżiti, ir-restrizzjonijiet eċċ. marbuta, filwaqt li tqis it-Taqsima 7.3.3. ‘ERTMS — Implimentazzjoni abbord’ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE (1).

12.1.2.2

Rekwiżiti oħra ta' GSM-R

Rekwiżiti oħra b'rabta ma' disturbi GSM-R, l-installazzjoni ta' filtri eċċ., li ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt l-punti ta' qabel.

12.2

Sinjalazzjoni abbord

 

12.2.1

Sistemi nazzjonali tas-sinjalazzjoni abbord

Rekwiżit li jiġu installati sistemi għall-protezzjoni tal-ferroviji abbord (bħall-EBICAB) u rekwiżiti funzjonali korrispondenti.

12.2.2

Rekwiżiti STM

Rekwiżiti b'rabta ma' soluzzjonijiet STM (STM separat jew integrat fl-ETCS abbord).

12.2.3

Tranżizzjonijiet

Rekwiżiti b'rabta ma' tranżizzjonijiet bejn sistemi nazzjonali ta' sinjalazzjoni u ta' ETCS abbord; bejn ETCS u ETCS, eċċ., fil-fruntieri ma' jew fl-Istat Membru.

12.2.4

Kompatibbiltà tal-vetturi ferrovjarji mal-infrastruttura tal-binarji CCS

Rekwiżiti oħra dwar il-kompatibbiltà minbarra l-EMC għall-vetturi ferrovjarji b'sistemi ta' detezzjoni tal-ferrovija ta' infrastruttura tal-binarji CCS, għall-EMC ara 8.4.2.

12.2.4.1

Id-distanza minima tal-fus

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fus, għal v > 350 km/h, ara § 3.1.2.3 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281).: Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra

12.2.4.2

Dijametru minimu tar-rota

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fusien, għal v > 350 km/h, ara § 3.1.3.2 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.4.3

Spazju bejn ir-roti ħieles mill-kompenenti induttivi u tal-metall

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fusien, ara § 3.1.3.5 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.4.4

Massa tal-metall ta' vettura

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tas-sistema ta' detezzjoni b'loops induttivi.

12.2.4.5

Kompatibbiltà ma' installazzjonijiet fissi ta' CCS

Kompatibbiltà ma' installazzjonijiet fissi ta' CCS, ara § 3.1.10 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.5

Sistema tas-sinjalazzjoni tal-kabina ETCS (2)

 

12.2.5.1

Funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell

Rekwiżiti għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE b'rabta mal-funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell għall-ETCS abbord.

12.2.5.2

Marġini tas-sikurezza tal-ibbrejkjar

Rekwiżiti għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A għal CCS TSI) stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE marbuta mal-affidabbiltà ta' kurvatura tal-ibbrejkjar għal CCS abbord.

12.2.5.3

Kredibbiltà — Rekwiżiti ta' disponibbiltà

Għandhom jiġu speċifikati rekwiżiti minimi ta' affidabbiltà/disponibbiltà sabiex ikun limitat it-tnaqqis fis-sikurezza tas-sistema minħabba sitwazzjonijiet degradati spissi.

12.2.5.4

Rekwiżiti ta' sikurezza

Rekwiżiti tas-sikurezza għal funzjonijiet ETCS DMI għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.5

Aspetti ergonomiċi tad-DMI

Rekwiżiti ergonomiċi tad-DMI għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.6

Interfaċċa bi brejk tas-servizz

Il-ħtiġiet ta' interfaċċa mal-brejk tas-servizz għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.7

Rekwiżiti ETCS oħrajn (b'rabta ma' netwerks eżistenti mhux interoperabbli)

Rekwiżiti ETCS b'rabta ma' tagħmir ta' abbord ta' qabel il-B2, il-kompatibbiltà mal-linji eżistenti fejn huwa installat tagħmir ta' qabel il-B2. Jew funzjonalitajiet oħra fakultattivi tal-ETCS li jista' jkollhom impatt fuq il-moviment sikur tal-ferrovija.

12.2.5.8

L-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjoni ta' użu fejn l-ETCS abbord ma jimplimentax il-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjonijiet kollha.

Analiżi tal-impatt meta jkun hemm nuqqas ta' implimentazzjoni tal-funzjonijiet, il-prestazzjonijiet u l-interfaċċi kollha speċifikati fis-CCS TSI mis-subsistema tal-ETCS abbord. Utli għall-awtorizzazzjonijiet addizzjonali.

13

Rekwiżiti operattivi speċifiċi

 

13.1

Oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiegħdu abbord

Biex jitħabbru oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiegħdu abbord li huma meħtieġa għal raġunijiet operazzjonali f'moduli normali u degradati (pereżempju riffieda ta' immobilizzazzjoni, jekk il-prestazzjoni tal-brejk tal-parking ma jkunx biżżejjed skont il-pendil tal-binarji, adattaturi tal-akkoppjaturi, akkoppjaturi ta' salvataġġ, eċċ.). Rekwiżiti għad-distribuzzjoni u d-disponibbiltà tal-oġġetti jistgħu jiżdiedu hawnhekk. Ara wkoll il-parametru 9.5.3.

13.2

Trasport bil-baħar

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ivvjaġġar bil-baħar mill-vetturi, inkluż l-apparat tal-ivvjaġġar u rekwiżiti għall-limitazzjonijiet marbuta mas-sagoma ferrovjarja, rekwiżiti għall-ankraġġ u l-irbit.

14

Oġġetti relatati mal-merkanzija

Rekwiżiti speċifiċi għall-merkanzija

14.1

Restrizzjonijiet tad-disinn, l-operazzjoni u l-manutenzjoni għat-trasport ta' oġġetti perikolużi

Pereżempju, rekwiżiti li ġejjin minn RID, regoli nazzjonali jew regolamenti oħra għat-trasport ta' oġġetti perikolużi; inklużi faċilitajiet speċifikament meħtieġa għal oġġetti perikolużi.

14.2

Faċilitajiet speċifiċi għat-trasport tal-merkanzija

Pereżempju l-iżgurar tal-merkanzija, il-provvista tal-arja għal skop ieħor għajr għall-brejk, dispożizzjonijiet għat-tagħmir idrawliku/pnewmatiku ta' vaguni tal-merkanzija, rekwiżiti għat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, rekwiżiti speċjali għar-riċiklar tal-vetturi.

14.3

Bibien u faċilitajiet tat-tagħbija

Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħbija tal-merkanzija, il-bibien u l-purtelli, u l-għeluq u t-tiskir tagħhom.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/696/UE.

(2)  Ara l-indiċi 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE.”


  翻译: