30.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/62 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1948
tad-29 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(2) |
Fid-29 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1957 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li tipprevedi s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi imposti fuq ċerti persuni u entitajiet indikati f'dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Għaldaqstant, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Il-Kunsill għandu jeżerċita s-setgħa li jemenda l-lista fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika fil-Belarussja, u li jiżgura konsistenza fil-proċess tal-emendar tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(5) |
Ir-Regolment (KE) Nru 765/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “6. L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi sospiża sa fejn dawn jikkonċernaw lil persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV.”; |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8b Il-Kunsill għandu jemenda l-Anness IV abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.”; |
(3) |
It-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957 tad-29 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ara l-paġna 149 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
Test tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.
“ANNESS IV
Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(6)
A. Persuni
1. |
Alinikau Siarhei Aliaksandravich |
2. |
Ananich, Liliia Stanislavauna |
3. |
Arlau Aliaksey |
4. |
Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich |
5. |
Badak Ala Mikalaeuna |
6. |
Bakhmatau, Ihar Andreevich |
7. |
Bandarenka Siarhei Uladzimiravich |
8. |
Barouski Aliaksandr Genadzevich |
9. |
Barsukou, Aliaksandr Piatrovich |
10. |
Barysionak, Anatol Uladzimiravich |
11. |
Bazanau, Aliaksandr Viktaravich |
12. |
Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich |
13. |
Bortnik, Siarhei Aliaksandrovich |
14. |
Brysina, Zhanna Leanidauna |
15. |
Bulash, Ala Biukbalauna |
16. |
Bushchyk, Vasil Vasilievich |
17. |
Busko, Ihar Iauhenavich |
18. |
Bychko, Aliaksei Viktaravich |
19. |
Charhinets, Mikalai Ivanavich |
20. |
Charkas, Tatsiana Stanislavauna |
21. |
Charnyshou, Aleh Anatolievich |
22. |
Chatviartkova, Natallia Alexeeuna |
23. |
Chubkavets Kiryl Chubkovets Kirill |
24. |
Chyzh, Iury Aliaksandravich |
25. |
Davydzka, Henadz Branislavavich |
26. |
Dysko, Henadz Iosifavich |
27. |
Dzemiantsei, Vasil Ivanavich |
28. |
Dziadkou, Leanid Mikalaevich |
29. |
Esman, Valery Aliaksandravich |
30. |
Farmahei, Leanid Kanstantsinavich |
31. |
Haidukevich Valery Uladzimiravich |
32. |
Halavanau, Viktar Ryhoravich |
33. |
Harbatouski, Yury Aliaksandravich |
34. |
Herasimenka, Henadz Anatolievich |
35. |
Herasimovich, Volha Ivanauna |
36. |
Hermanovich, Siarhei Mikhailavich |
37. |
Hihin, Vadzim Frantsavich |
38. |
Hrachova, Liudmila Andreeuna |
39. |
Hureeu Siarhei Viktaravich |
40. |
Iakubovich, Pavel Izotavich |
41. |
Iancheuski, Usevalad Viachaslavavich |
42. |
Iarmoshyna, Lidziia Mikhailauna |
43. |
Iaruta, Viktar Heorhevich |
44. |
Iasianovich, Leanid Stanislavavich |
45. |
Iauseev, Ihar Uladzimiravich |
46. |
Ihnatovich-Mishneva, Liudmila |
47. |
Ipatau, Vadzim Dzmitryevich |
48. |
Ivanou, Siarhei |
49. |
Kachanau Uladzimir Uladzimiravich |
50. |
Kadzin, Raman Viktaravich |
51. |
Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich |
52. |
Kalach, Uladzimir Viktaravich |
53. |
Kamarouskaya, Volha Paulauna |
54. |
Kamisarau, Valery Mikalayevich |
55. |
Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich |
56. |
Karovina, Natallia Uladzimirauna |
57. |
Karpenka, Ihar Vasilievich |
58. |
Katsuba, Sviatlana Piatrouna |
59. |
Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich |
60. |
Kazak, Viktar Uladzimiravich |
61. |
Kazheunikau Andrey |
62. |
Kaziiatka, Iury Vasilievich |
63. |
Kharyton, Aliaksandr |
64. |
Khatkevich, Iauhen Viktaravich |
65. |
Khmaruk, Siargei Konstantinovich |
66. |
Khrobastau, Uladzimir Ivanavich |
67. |
Khrypach, Siarhei Fiodaravich |
68. |
Khvainitskaya, Zhanna Anatolyeuna |
69. |
Kisialiou, Anatol Siamionavich |
70. |
Kochyk, Aliaksandr Vasilyevich |
71. |
Kolas, Alena Piatrovna |
72. |
Konan, Viktar Aliaksandravich |
73. |
Kornau, Uladzimir Uladzimiravich |
74. |
Korzh, Ivan Aliakseevich |
75. |
Krasheuski, Viktar |
76. |
Krasouskaya, Zinaida Uladzimirauna |
77. |
Kryshtapovich, Leu Eustafievich |
78. |
Kuklis, Mikalai Ivanovich |
79. |
Kuliashou, Anatol Nilavich |
80. |
Kuzniatsou, Ihar Nikonavich |
81. |
Lapko, Maksim Fiodaravich |
82. |
Lapo, Liudmila Ivanauna |
83. |
Laptsionak, Ihar Mikalaevich |
84. |
Lashyn, Aliaksandr Mikhailavich |
85. |
Lazavik, Mikalai Ivanavich |
86. |
Lemiashonak, Anatol Ivanavich |
87. |
Liabedzik, Mikhail Piatrovich |
88. |
Liaskouski, Ivan Anatolievich |
89. |
Liushtyk, Siarhei Anatolievich |
90. |
Lomats, Zianon Kuzmich |
91. |
Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich |
92. |
Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich |
93. |
Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich |
94. |
Lukashenka, Viktar Aliaksandravich |
95. |
Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich |
96. |
Lutau Dzmitry Mikhailavich |
97. |
Makei, Uladzimir Uladzimiravich |
98. |
Maladtsova, Tatsiana |
99. |
Maslakou, Valery Anatolievich |
100. |
Mazouka Anzhalika Mikhailauna |
101. |
Mazouka, Kiryl Viktaravich |
102. |
Miklashevich, Piotr Piatrovich |
103. |
Mitrakhovich, Iryna Aliakseeuna |
104. |
Morozau, Viktar Mikalaevich |
105. |
Motyl, Tatsiana Iaraslavauna |
106. |
Nazaranka, Vasil Andreyevich |
107. |
Niakrasava, Alena Tsimafeeuna |
108. |
Padabed, Iury Mikalaevich |
109. |
Piakarski, Aleh Anatolievich |
110. |
Praliaskouski, Aleh Vitoldavich |
111. |
Pratasavitskaia, Natallia Uladzimirauna |
112. |
Putsyla, Uladzimir Ryhoravich |
113. |
Pykina, Natallia Mikhailauna |
114. |
Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich |
115. |
Rakhmanava, Maryna Iurievna |
116. |
Ravinskaia, Tatsiana Uladzimirauna |
117. |
Rusak, Viktar Uladzimiravich |
118. |
Rybakou, Aliaksei Vasilievich |
119. |
Saikouski Valeri Yosifavich |
120. |
Sanko Ivan Ivanavich |
121. |
Sauko, Valery Iosifavich |
122. |
Shaeu, Valiantsin Piatrovich |
123. |
Shahrai, Ryta Piatrouna |
124. |
Shamionau Vadzim Iharavich |
125. |
Shastakou Maksim Aliaksandravich |
126. |
Shchurok, Ivan Antonavich |
127. |
Shastakou, Iury Valerievich |
128. |
Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich |
129. |
Shved, Andrei Ivanavich |
130. |
Shykarou, Uladzislau Aleksandravich |
131. |
Shylko, Alena Mikalaeuna |
132. |
Siankevich, Eduard Aliaksandravich |
133. |
Siarheenka, Ihar Piatrovich |
134. |
Simakhina, Liubou Siarheeuna |
135. |
Simanau Aliaksandr Anatolievich |
136. |
Simanouski Dmitri Valerevich |
137. |
Sirenka, Viktar Ivanavich |
138. |
Slizheuski, Aleh Leanidavich |
139. |
Smalenski, Mikalai Zinouevich |
140. |
Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich |
141. |
Stuk, Aliaksei Kanstantsinavich |
142. |
Sukharenka, Stsiapan Mikalaevich |
143. |
Sukhau Dzmitri Viachaslavavich |
144. |
Svistunova, Valiantsina Mikalaeuna |
145. |
Talstashou, Aliaksandr Alehavich |
146. |
Traulka Pavel |
147. |
Trutka, Iury Igorevich |
148. |
Tsertsel, Ivan Stanislavavich |
149. |
Tupik, Vera Mikhailauna |
150. |
Tushynski Ihar Heraninavich |
151. |
Unukevich, Tamara Vasileuna |
152. |
Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich |
153. |
Vakulchyk, Valery Paulavich |
154. |
Valchkova, Maryiana Leanidauna |
155. |
Vasilevich, Ryhor Aliakseevich |
156. |
Vehera, Viktar Paulavich |
157. |
Volkau, Siarhei Mikhailavich |
158. |
Yakunchykhin, Aliaksandr Anatolyevich |
159. |
Yarmalitski, Siarhei Uladzimiravich |
160. |
Zaharouski, Anton Uladzimiravich |
161. |
Zaitsau, Vadzim Iurievich |
162. |
Zaitsava, Viktoryia Henadzeuna |
163. |
Zakharau, Aliaksei Ivanavich |
164. |
Zapasnik, Maryna Sviataslavauna |
165. |
Zhadobin, Iury Viktaravich |
166. |
Zhuk, Alena Siamionauna |
167. |
Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich |
168. |
Zhukouskaia, Zhanna Aliakseeuna |
169. |
Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich |
170. |
Zimouski Aliaksandr Leanidavich |
171. |
Volkau, Vitaliy Mikalaevic |
B. Entitajiet
1. |
Beltechexport |
2. |
Beltech Holding |
3. |
Spetspriborservice |
4. |
LLC Triple |
5. |
JSC Berezovsky KSI |
6. |
JCJSC QuartzMelProm |
7. |
CJSC Prostor-Trade |
8. |
JLLC AquaTriple |
9. |
LLC Rakowski browar |
10. |
CJSC Dinamo-Minsk” |