21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1694

tal-20 ta' Settembru 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persuni u entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Għandha titneħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni fiżiċi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fit-taqsima A tal-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(4)

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b'dan emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

I.   

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

A.   Persuni

15.

Kurunell Taher Juwadi

II.   

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

A.   Persuni

15.

Kurunell Taher Juwadi


  翻译: