20.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/54
tad-19 ta' Jannar 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza gamma-glutamil-valil-gliċina fil-lista ta' sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru, jew parti interessata, jressaq applikazzjoni għal dan. |
(4) |
Fil-21ta' Marzu 2013, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sustanza gamma-glutamil-valil-gliċina [FL-no: 17.038] bħala sustanza aromatizzanti. L-applikazzjoni ġiet innotifikata lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) biex tagħti l-opinjoni tagħha. L-applikazzjoni kienet disponibbli wkoll għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
L-Awtorità evalwat is-sikurezza tas-sustanza gamma-glutamil-valil-gliċina [FL-no: 17.038] meta din tintuża bħala sustanza aromatizzanti, (4) u kkonkludiet li l-użu tagħha fil-livelli stmati tal-konsum bħala sustanza aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib. |
(6) |
Il-lista msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija maħsuba biss biex tirregola l-użu tas-sustanzi aromatizzanti li jiġu miżjuda mal-ikel sabiex jagħtu jew jimmodifikaw ir-riħa u/jew it-togħma. Is-sustanza [FL-no: 17.038] tista' tiġi miżjuda wkoll mal-ikel għal għanijiet oħra minbarra l-aromatizzar, u użi bħal dawn jibqgħu soġġetti għal regoli oħra. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu b'rabta biss mal-użu ta' [FL-no: 17.038] bħala sustanza aromatizzanti. |
(7) |
Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2014;12(4):3625.
ANNESS
Fil-Parti A tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 din l-annotazzjoni [FL-no: 17.038] tiżdied fl-aħħar tat-tabella:
“17.038 |
gamma-glutamil-valil-gliċina |
338837-70-6 |
|
2123 |
5-osso-L-prolil-L-valil-gliċina (PCA-Val-Gly) u L-alfa-glutamil-L-valil-gliċina anqas minn 0,7 %, L-gamma-glutamil-L-valil-L-valil-gliċina anqas minn 2,0 %, Toluwen mhux traċċabbli (l.o.d. 10 mg/kg) |
Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:
|
|
EFSA” |