29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/62 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )
Fil-paġna 28, l-Artikolu 69(2) u (3),
minflok:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali wara d-29 ta' Jannar 2019.”,
aqra:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija f'dik id-data jew warajha għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali fid-29 ta' Jannar 2019 jew wara.”.