22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2035

tal-21 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi fipronil u maneb

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva maneb ġie estiż mit-30 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 (3).

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva fiprinol ġie estiż mit-30 ta' Settembru 2017 sal-31 ta' Lulju 2018 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 (4).

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi maneb u fipronil ġew sottomessi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5). Madankollu ma ġew sottomessi ebda dossiers supplimentari b'appoġġ għat-tiġdid ta' dawn is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-estensjonijiet previsti bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 762/2013 u (UE) 2015/404 ma għadhomx iġġustifikati. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat li l-approvazzjoni tal-fipronil tiskadi fid-data li għandha tiskadi mingħajr l-estensjoni, u li tiġi prevista data ta' skadenza kemm jista' jkun kmieni għall-perjodu ta' approvazzjoni tal-maneb b'kont meħud taż-żmien neċessarju għall-Istati Membri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza maneb.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas-7 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 14).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 113, maneb, id-data tal-“31 ta' Jannar 2018” tinbidel bid-data tal-“31 ta' Jannar 2017”;

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 157, fipronil, id-data tal-“31 ta' Lulju 2018” tinbidel bid-data tat-“30 ta' Settembru 2017”;


  翻译: