18.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/837
tas-17 ta' Mejju 2017
li jikkoreġi l-verżjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni bl-Iżvediż u bil-Pollakk
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) bil-Pollakk fiha żball fil-punt 11.4.3(a) tal-Anness b'rabta mal-lista ta' kompetenzi li għalihom hemm bżonn ta' taħriġ rikorrenti f'intervalli speċifiċi. |
(2) |
Il-verżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 bl-Iżvediż fiha żbalji fl-Anness, jiġifieri fil-punti 8.1.1.2 u 9.1.1.3 b'rabta mar-rekwiżit tal-iskrinjar mill-ġdid; fil-punt 8.3.1 b'rabta mal-oġġett tal-obbligu ta' twassil; fl-ewwel paragrafu tal-punt 9.1.3.5(b) b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' validazzjoni; fil-punt 9.3.1 b'rabta mal-oġġett tal-obbligu ta' twassil; u fil-frażi tal-bidu tal-punt 11.2.3.1 b'rabta mal-persuni koperti mill-obbligu tat-taħriġ. |
(3) |
Għalhekk il-verżjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 bl-Iżvediż u bil-Pollakk għandhom jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).