15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/59 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1551
tal-14 ta' Lulju 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-arranġamenti tal-aċċess għas-suq tal-UE stabbiliti mir-Regolament (UE) 2016/1076 hija stabbilita bl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċedura għall-applikazzjoni mill-Unjoni Ewropea ta' miżuri ta' salvagwardja fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi elenkati fl-Anness I. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1076 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament sabiex iżżid l-istati mill-Grupp ta' Stati tal-AKP li kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (“FSE”) mal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
L-Istati tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“SADC”), l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika komprensiv fil-15 ta' Lulju 2014. L-Istati tal-FSE tal-SADC, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmaw il-ftehim fl-10 ta' Ġunju 2016 (2). |
(4) |
Il-Lesoto rratifika l-FSE fis-16 ta' Settembru 2016. |
(5) |
Il-Mozambique rratifika l-FSE fit-28 ta' April 2017. |
(6) |
Il-Parlament Ewropew approva l-FSE fit-30 ta' Settembru 2016. |
(7) |
Bħala riżultat, l-FSE ilu applikat proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016. |
(8) |
Konsegwentement, il-Lesoto u l-Mozambique jenħtieġu li jiġu inklużi wkoll fl-imsemmi Anness I sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-FSE mill-UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Renju tal-Lesoto u r-Repubblika tal-Mozambique huma miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati FSE SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3).