10.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/200
tad-9 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawn il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2016/44, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni. |
(2) |
Fit-2 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-annotazzjoni li tolqot lill-bastiment CAPRICORN, soġġett għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
ANNESS
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni:
“1. |
Isem: CAPRICORN
Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf. Informazzjoni Addizzjonali Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali 'l barra mill-Emirati Għarab Magħquda.”, |
tinbidel b'dan li ġej:
“1. |
Isem: NADINE
Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Palau. Informazzjoni Addizzjonali Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mid-19 ta' Jannar 2018, il-bastiment kien jinsab qrib il-kosta ta' Muscat, Oman, lil hinn mill-ilmijiet territorjali tiegħu.”. |