26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 54/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/282

tas-26 ta' Frar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u filwaqt li jitqiesu l-bidliet ministerjali reċenti, jenħtieġ li jinżiedu żewġ persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni marbuta ma' ħames persuni li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.

Fil-lista li tinsab fit-taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

“258

Mohamed Mazen Ali Yousef

(

Image 1
)

Data tat-twelid: 17 ta' Mejju 1969

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku

Ministru għall-Industrija. Maħtur f'Jannar 2018.

26.2.2018

259

Imad Abdullah Sara

(

Image 2
)

Data tat-twelid: 1968

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f'Jannar 2018.

26.2.2018”

II.

Fil-lista li tinsab fil-Parti A (“Persuni”) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

“56

Ali (

Image 3

) Abdullah (

Image 4

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Ayyub (

Image 5

) (magħruf ukoll bħala Ayyoub, Ayub, Ayoub, Ayob)

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

Ministru għad-Difiża. Maħtur f'Jannar 2018. Uffiċjal fil-grad ta' Ġeneral fl-Armata Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati Sirjani. Persuna li tappoġġa r-reġim ta' Assad u responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

57

Fahd (

Image 6

) (magħruf ukoll bħala Fahid, Fahed) Jasim (

Image 7

) (magħruf ukoll bħala Jasem, Jassim, Jassem) al-Furayj (

Image 8

) (magħruf ukoll bħala Al-Freij)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1950

Post tat-twelid: Hama, is-Sirja

Eks Ministru tad-Difiża. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2011

212

Ammar Al-Sharif

(magħruf ukoll bħala Amar Al-Sharif; Amar Al-Charif; Ammar Sharif; Ammar Charif; Ammar al Shareef; Ammar Sherif; Ammar Medhat Sherif)

(

Image 9
)

Data tat-twelid: 26 ta' Ġunju 1969

Post tat-twelid: Lattakia

Nazzjonalità: Sirjana

Passaport Sirjan:

 

numru: 010312413;

 

numru tal-ħruġ: 002-15-L093534;

 

data tal-ħruġ: 14 ta' Lulju 2015

 

post tal-ħruġ: Ċentru ta' Damasku;

 

data tal-iskadenza: 13 ta' Lulju 2021

Numru nazzjonali: 060-10276707

Negozjant Sirjan ewlieni li jaħdem fis-Sirja, attiv fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u dak tal-ospitalità. Sieħeb fundatur ta' Byblos Bank Syria, azzjonist ewlieni f'Unlimited Hospitality Ltd, u membru tal-bord ta' Solidarity Alliance Insurance Company u Al-Aqueelah Takaful Insurance Company.

28.10.2016

221

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman)

(

Image 10
)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Eks Ministru għall-Informazzjoni. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

227

Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo)

(

Image 11
)

Data tat-twelid: 1947

Eks Ministru għall-Industrija. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016”


  翻译: