6.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/828
tal-15 ta' Frar 2018
li jemenda r- Regolament (UE) 2015/68 fir-rigward ta' rekwiżiti marbuta mas-sistemi tal-ibbrejkar antilokk, mal-apparati ta' ħżin tal-enerġija bi pressjoni għolja u mal-konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 17(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-premessa (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 (2) jantiċipa li l-Kummissjoni tivvaluta r-rekwiżiti għall-immuntar tas-sistemi tal-ibbrejkjar antilokk (ABS) fuq it-tratturi b'veloċità massima tad-disinn ta' bejn 40 u 60 km/h mill-1 ta' Jannar 2020. Wara valutazzjoni ta' dak ir-rekwiżit, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tneħħija tar-rekwiżit tal-ABS mir-Regolament Delegat għal dawk il-vetturi tevita kostijiet finanzjarji sproporzjonati għall-industrija u għall-utenti, li fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal dewmien fl-użu effettiv tat-teknoloġija l-aktar reċenti tal-ibbrejkjar fis-suq. Għalhekk, ir-rekwiżit li jitwaħħlu dawk il-vetturi jiġu mgħammra bl-ABS jenħtieġ li jitħassar. |
(2) |
Il-kondizzjonijiet ta' tħaddim tal-apparati ta' ħżin tal-enerġija bi pressjoni għolja jenħtieġ li jippermetti firxa ta' pressjoni skont l-aħħar żviluppi u jipprevedi t-test korrispondenti. Il-valuri ta' limitu tal-pressjoni għandhom jenħtieġ li jiġu adattati skont dan. |
(3) |
Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel għall-projbizzjoni ta' konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda, l-Istati Membri u l-industrija, meta japplikaw ir-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 għal tratturi ġodda konnessi ma' karrijiet diġà fis-servizz, filwaqt li titqies ir-rata tat-tiġdid tal-flotta ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija rmunkati, l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tranżizzjonali dwar konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda tal-apparati tal-ibbrejkjar u tal-agganċamenti tal-ibbrejkjar tal-karrijiet jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2024. |
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Filwaqt li jitqies li dan ir-Regolament fih għadd ta' emendi importanti tar-Regolament (UE) 2015/68, meħtieġa għal applikazzjoni bla xkiel tiegħu, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/68
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 16 Rekwiżiti applikabbli għall-konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda u għat-tratturi mgħammra bihom 1. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni applikabbli għall-konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda tal-apparati tal-ibbrejkjar u tal-agganċamenti tal-ibbrejkjar tal-karrijiet u għal tratturi mgħammra b'konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda huma stabbiliti fl-Anness XIII. Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2024. 2. Il-manifatturi ma għandhomx jinstallaw konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda ma' tratturi ġodda wara l-31 ta' Diċembru 2024.”. |
(2) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Annessi I, IV u XIII tar-Regolament (UE) 2015/68 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vettura għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I, IV u XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness IV, parti C (Sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi b'enerġija maħżuna), jiżdied il-punt 1.3.2.1.1 li ġej:
|
(3) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|