31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1074
tat-30 ta' Lulju 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati stabbilita fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li ċerti entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet inklużi fl-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġu aġġornati. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
ANNESS
1.
L-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrati eżistenti huma nnumerati mill-ġdid 1-30; |
(b) |
l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|
2.
Fl-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, l-entrati eżistenti huma nnumerati mill-ġdid 1-5.
3.
L-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(c) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)”, huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|
(b) |
l-entrati huma nnumerati mill-ġdid 1-6. |
4.
Fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “Lista ta' persuni, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3)”, sub-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”, l-entrata li ġejja hija sostitwita kif ġej:
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
“4. |
JON Chol Young Magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong |
Numru tal-passaport: 563410192 Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola Data tat-twelid: 30.4.1975 |
22.1.2018 |
Rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.” |